Featured

The Holy Trinity: a vision for our life – Bishop Galea-Curmi

Mass on the eve of the Solemnity of The Most Holy Trinity

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan
Gwanni battista

Meta aħna niċċelebraw is-solennità tat-Trinita Qaddisa, qed nagħrfu lil Alla li hu wieħed fi tliet persuni – il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Aħna nispjegaw dan bħala “misteru tal-fidi”. Issa kultant li jiġri  hu dan: li meta ħafna minna nisimgħu l-kelma “misteru”, għalina jfisser li hi ħaġa li ma tistax tifhimha. U għalhekk kultant diversi nies, ir-reazzjoni tagħhom hi: inutli, jekk ma nistax nifhem, ma nista nifhem, hu misteru… Read more »

The Sunday Gospel: 30th May

The Most Holy Trinity – Solemnity
Readings of the day

First Reading: Deut 4: 32-34,39-40
Psalm: 32(33): 4-5,6,9,18-19,20,22
Second Reading: Rom 8:14-17

Gospel: Mt 28: 16-20

In those days, the eleven disciples went to Galilee, to the mountain to which Jesus had directed them. When they saw him, they worshiped him; but some doubted. And Jesus came and said to them, “All authority in heaven and on earth has been given to me. Go therefore and make disciples of all nations, baptising them in the name of the Father and of the Son and of the Holy Spirit, and teaching them to obey everything that I have commanded you… Read more »

Trust in God which will bear fruit in every season – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm minjiera ta’ tagħlim f’din is-silta mill-Evanġelju skont San Mark. Għall-bidu taħseb li Ġesù qam b’burdata ħażina, waħda wara l-oħra! Imma meta tara fil-fond din is-silta, li qiegħda wara d-daħla messjanika ta’ Ġesù f’Ġerusalemm, u issa li qed joqrob dejjem aktar lejn il-passjoni u l-mewt tiegħu, tara din it-tifsira kbira.

Speċjalment kif hemm ġo xulxin il-ġrajja ta’ Ġesù u s-siġra tat-tin – din il-ġrajja qiegħda maqsuma fi tnejn – u f’nofsha hemm il-ġrajja ta’ Ġesù fit-tempju… Read more »

Looking with compassion – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm hi għajta sabiħa din ta’ bin Timew, Bartimew tfisser l-istess ħaġa: iben Timew. “Ġesù Bin David, ikollok ħniena minni” (Mk10:47).

Ta’ min nirrepetuha ħafna drabi din it-talba li ħierġa mill-qalb ta’ dan l-għama biex il-Mulej jagħtina s-sens li naraw d-dinja, ’il ħutna, ’il persuni u s-sitwazzjonjiet kif jarahom hu. Aħna ħafna drabi għamjin jew b’xi preġudizzju jew minħabba r-rabja jew l-għira, ma narawx kif jara Ġesù… Read more »

Mother of the Church – Bishop Galea-Curmi

Mass on the memorial of Mary, Mother of the Church

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hu tassew f’waqtu li l-għada taċ-ċelebrazzjoni ta’ Għid il-Ħamsin, il-Knisja tiċċelebra t-tifkira ta’ Marija Omm u Xbieha tal-Knisja. Dawn iż-żewġ siltiet mit-Testment il-Ġdid juruna b’mod sabiħ ħafna kif Marija hi Omm u Xbieha tal-Knisja.

Għandna s-silta mill-Evanġelju skont San Ġwann, fejn Ġesù qiegħed fuq is-salib u hemm Marija ommu li takkumpanjah sal-aħħar. Fost l-aħħar kelmiet li jgħid Ġesù, lil Marija jgħidilha “hawn hu ibnek”, u lil Ġwanni “hawn hi ommok”, biex jagħti ’l ommu lilna lkoll… Read more »

A spirit that will guide you – Bishop Galea-Curmi

Mass on Pentecost

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Aħna nafu t-twelid tal-Knisja minn din il-ġrajja ta’ Għid il-Ħamsin meta, kif smajna fil-Kelma ta’ Alla, l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-appostli, imliehom bil-qawwa tiegħu, u huma ħarġu barra jagħtu xhieda ta’ Ġesù li hu ħaj.

Nixtieq li nħarsu lejn din il-ġrajja hekk importanti u għażiża għalina lkoll li nemmnu f’Ġesù, u naraw x’tgħidilna għall-ħajja tagħna llum.

Don

L-ewwel nett, l-Ispirtu s-Santu hu don, rigal ta’ Alla… Read more »

The Holy Spirit reminds us about the truth which is God’s mercy – The Archbishop on Pentecost

Mass on Pentecoste

  The Co-Cathedral of St John, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù meta jitkellem dwar l-Ispirtu s-Santu, juża kelma għażiża. Nixtieq li niftakruha tajjeb. Illum il-Mulej, se jagħtikom dan ir-rigal kbir, l-Ispirtu Qaddis tiegħu. Hu jgħid, l-“Ispirtu hu d-difensur” (ara Ġw 14:15). Xi tfisser din il-ħaġa?

Il-kelma bil-Grieg hi ‘parakletos’, bil-Latin ‘advocatus’. Mill-kelma Latina ‘advocatus’, għandna l-kelma ‘avukat’… Read more »

The Sunday Gospel: 23rd May

Pentecost Sunday – Solemnity
Readings of the day

First Reading: Acts 2, 1-11
Psalm: 103 (104), 1ab,24ac, 29bc-30,31,34
Second Reading: Gal 5, 16-25

Gospel: Jn 15, 26-27; 16, 12-15

In those days, Jesus told his disciples: “When the Advocate comes, whom I will send to you from the Father, the Spirit of truth who comes from the Father, he will testify on my behalf. You also are to testify because you have been with me from the beginning… Read more »

Helping him to look ahead with confidence – Bishop Galea-Curmi

  The Archbishop's Seminary

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kemm jolqotna li l-kliem ta’ Ġesù qatt mhu kliem li jweġġa’, jew li lill-bniedem ibaxxih, jew kliem li jaqta’ l-qalb jew li jxerred l-isfiduċja, imma hu kliem li jfejjaq, kliem li jerfa’ lill-bniedem, li jagħtih il-kuraġġ u li jsaħħaħ il-fiduċja.

Dan narawh ħafna f’din il-ġrajja li smajna llum fl-Evanġelju meta Ġesù jitkellem ma’ Pietru, wara li Ġesù qam mill-mewt… Read more »

St Bernardine: the preacher who taught people how to love Jesus

Mass in the memorial of St Bernardine of Siena

  The Archbishop's Seminary, Tal-Virtù

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju hi meħuda minn Ħamis partikolari fil-ħajja ta’ Ġesù, l-aħħar wieħed li għex fostna jiekol u jixrob magħna qabel il-qawmien tiegħu mill-imwiet, il-jum għażiż li aħna nsejħulu Ħamis ix-Xirka, lejlet il-Ġimgħa l-Kbira. Dakinhar Ġesù għamel l-aħħar ikla tiegħu mad-dixxipli mbagħad fetaħ qalbu magħhom, beda jitkellem. L-Evanġelju ta’ San Ġwann jagħtina diskors pjuttost twil li jgħid Ġesù f’dan il-mument tassew għażiż għalih… Read more »