Featured

Direction, Protection, Attention – Bishop Galea-Curmi

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ix-xbieha ta’ Kristu Ragħaj kienet xbieha għażiża ħafna għall-ewwel Insara. Kellha l-għeruq tagħha ħafna snin qabel meta, kif naraw fit-Testment il-Qadim, il-Mulej hu mfisser bħala ragħaj li jieħu ħsieb il-poplu tiegħu. Għedna llum fis-Salm 23, li tant nafuh: “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni”. U l-ewwel Insara kienu jiftakru speċjalment f’dan meta jaraw din ix-xbieha ta’ Kristu ragħaj li qed jieħu ħsieb il-merħla tiegħu… Read more »

Jesus’ family includes all those who do the will of the Father – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ejjew nimmaġinaw ftit lill-Madonna, lil Marija ta’ Nazaret tisma’ dan il-kliem ta’ Ġesù. Jekk ma semagħtux direttament għax baqgħet barra d-dar fejn kien Ġesù, żgur wassluhulha. Ikun hemm min iwassalulha b’iżjed aċċent.     

“Min hi ommi? Min huma ħuti?” (Mt 12:48). Hu kliem li mad-daqqa t’għajn jinstema’ iebes fil-konfront ta’ Marija ta’ Nazaret, il-mamà tiegħu u anke tal-qraba tiegħu li l-Evanġelju jirreferi għalihom dejjem bħala l-aħwa ta’ Ġesù, ħutu… Read more »

Patience is the language of love – The Archbishop

Mass on the 100th anniversary of the founding of the Bidnija Church

  The Church of the Holy Family, Bidnija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Mitt sena ilu, intom in-nies tal-Bidnija, missirijietkom, inawguraw din il-knisja li kienu bnew b’idejhom stess. Ħallsuha minn buthom, u għal żmien kienet magħrufa ‘l-Knisja tal-Mitt Lira’. Imma din il-knisja ħelwa tiġbor fiha, dedikata lill-Familja Mqaddsa, il-fidi tagħkom, u t-talba li tagħmlu llum lill-Mulej. Tiġbor il-fidi tagħkom għaliex komunità, li tagħti ħajjitha biex tibni knisja; mhux qed tibni dar, fejn dak li jkun joqgħod u jgħammar mal-familja tiegħu… Read more »

Nothing would convince them – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nisel ħażin u infidil”. Dan hu l-kliem iebes li jgħid Ġesù lill-kittieba u lill-Fariżej, li riedu mingħandu sinjal. Qalulu: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Imma Ġesù kellu din ir-reazzjoni qawwija u iebsa li jsejħilhom “nisel ħażin u infidil”, u jgħidilhom li se jkollhom kundanna kbira.

Għaliex din ir-reazzjoni ta’ Ġesù? Hawnhekk Ġesù qed isejħilhom hekk, u fil-fatt aktar qabel kien ukoll sejħilhom bi kliem ieħor, bħal “nisel il-lifgħat”… Read more »

The Sunday Gospel: 18th July

Sixteenth Sunday in Ordinary Time
Readings of the day

First Reading: Jer 23, 1-6
Psalm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6
Second Reading: Ephes 2, 13-18

Gospel: Mk 6, 30-34

In those days, the apostles gathered around Jesus, and told him all that they had done and taught. He said to them, “Come away to a deserted place all by yourselves and rest a while.” For many were coming and going, and they had no leisure even to eat. And they went away in the boat to a deserted place by themselves. Now many saw them going and recognised them, and they hurried there on foot from all the towns and arrived ahead of them. 

As he went ashore, he saw a great crowd; and he had compassion for them, because they were like sheep without a shepherd; and he began to teach them many things.  Read more »

The greatness of Mary – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-kliem ta’ Ġesù li smajna fl-Evanġelju llum jista’ għal mument jinħass insensittiv, speċjalment lejn ommu. Hawnhekk naraw li Ġesù kien qed ikellem lin-nies, imbagħad xi ħadd jiġi jgħidlu: Hawn ommok u ħutek – kif nafu fl-Evanġelju “ħutek” huma “qrabatek” – qegħdin ifittxu li jkellmuk. Ma tiġrix spiss fl-Evanġelju li jgħidulu: hawn ommok u l-qraba tiegħek qegħdin ifittxu li jkellmuk; għalhekk timmaġina li Ġesù kellu jieqaf, jgħid lin-nies “skużawni ftit, għax hawn ommi barra ħa nara xi trid, ħa nkellimha naqra”… Read more »

There is great strength in empathy and compassion – The Archbishop

Mass on the memorial of St Bonaventura

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hi silta qasira ħafna din, minn kapitlu 11 ta’ San Mattew. Hi waħda mis-siltiet tal-ikbar faraġ li nsibu fl-Evanġelji. L-ewwel nett Ġesù ma jbiegħed lil ħadd. Kultant aħna naħsbu li rrabjat magħna, li għandu l-geddum magħna. “Ejjew għandi” (Mt 12:28). Ta’ min nieqfu fuq din l-istedina ta’ Ġesù. M’hemmx għalfejn tistaħbew meta nkun għaddej jien: Ejjew għandi. Lil min qed jistieden? … Read more »

Beautiful sign of God’s love – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 30th anniversary of the presbyteral ordination

  The Parish Church of Our Lady of Sorrows, St Paul's Bay

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Tletin sena ilu bħal-lum konna fl-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn ġejna ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Illum għandna f’qalbna gratitudni kbira lejn Alla u lejn dawk kollha li waqfu magħna tul is-snin kollha ta’ ħajja saċerdotali.

Nixtieq li, ispirati mill-Kelma ta’ Alla, naħsbu fuq dak li jgħidilna l-Mulej fuq kif nistgħu naqdu b’mod sabiħ il-ministeru saċerdotali. Insemmi tliet punti li l-Papa Franġisku, f’dawn l-aħħar xhur speċjalment, semmiehom kemm-il darba u sejħilhom “karatteristiċi tal-istil ta’ Alla”, jiġifieri tal-mod kif Alla jaħdem fil-ħajja tal-bniedem… Read more »

Making choices that are based on legality, justice and integrity – the Archbishop on Police Day

Mass on Police Day

  The Co-Cathedral of St John, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 10 ta’ San Mattew miktuba f’kuntest speċjali ħafna: il-kuntest meta l-komunità Nisranija kienet għaddejja minn persekuzzjoni l-iżjed ħarxa. It-twemmin f’Ġesù kien qed jifred il-familji, iwassal għall-mewt, joħloq inkwiet u kultant ukoll kunflitt. Il-kelma ta’ Ġesù tiġi mfakkra f’dan il-kuntest, kuntest ta’ għażla li mhix dejjem faċli. Bħal min irid jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin.

M’ilux kont qed naqra ktieb ‘Dying to live’ ta’ Danielle Vella, li jġib rakkonti ta’ diversi refuġjati u migranti… Read more »

Be the oil that the Lord pours onto your community – The Archbishop

Mass at the beginning of the pastoral work of Fr Joseph Mamo OFM Conv. as parish priest of St Paul's Bay parish

  The Parish Church of Our Lady of Sorrows, St Paul's Bay

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù kien għamel l-esperjenza tal-missjoni tiegħu, u beda jgħallem u jfejjaq. Fl-Evanġelji tal-Ħdud li għaddew, rajna lil Ġesù jterraq fil-Galilija, ifejjaq u saħansitra jqajjem mill-imwiet lit-tifla ta’ Ġajru. Illum mar fir-raħal fejn trabba u jħoss li ma jilqgħuhx. L-urġenza li jwassal l-aħbar it-tajba tas-saltna tal-Missier hi qawwija ħafna; u jagħżel li jsieħeb miegħu wħud mid-dixxipli, minn dawk li kienu qegħdin isegwuh, li l-komunità bdiet issejħilhom it-Tnax, “u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena” (Mk 6:7)… Read more »