Featured

Forgiving from the heart – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ma kienx immissek int ukoll tħenn għal sieħbek kif ħennejt jien għalik?” (Mt 18:33). Din hi l-mistoqsija li s-sinjur qal lill-qaddej li kellu jagħtih ħafna; għax is-somma ta’ għaxart elef talent hi somma enormi; impossibbli tħallasha. Din il-mistoqsija ta’ min niftakru fiha, kull darba li tiġina tentazzjoni li nwebbsu qalbna għal xi ħadd; li forsi jkun għamlilna deni, ikun għamlilna l-ħsara, ikun qal xi kelma iebsa fuqna, malafama jew ivvinta gidba fuqna – kalunja; jew għamlilna l-ħsara b’mod ieħor: bis-serq, bl-inġustizzja, forsi bi qtil… Read more »

Mass is central to our lives – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 19th Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jiena hu l-ħobż tal-ħajja … min jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem”. Hu dan il-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum, fost it-tgergir ta’ numru ta’ nies li kienu qed jisimgħuh. Fil-fatt, fl-Evanġelju, meta Ġesù tkellem fuq li hu l-ħobż tal-ħajja, kien hemm ħafna mhux biss li ma fehmuhx, imma kif naqraw ftit wara din is-silta, telquh u ma baqgħux jimxu warajh… Read more »

The Sunday Gospel: 8th August

Nineteenth Sunday in Ordinary Time
Readings of the day

First Reading: 1 Kings 19, 4-8
Psalm: 33(34), 2-3,4-5,6-7,8-9
Second Reading: Eph 4, 30–5:2

Gospel: Jn 6, 41-51

In those days, the Jews began to complain about him because he said, “I am the bread that came down from heaven.” They were saying, “Is not this Jesus, the son of Joseph, whose father and mother we know? … Read more »

Accepting God’s will without grumbling – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Rari naqraw din is-silta b’mod sħiħ. Ħafna drabi nieqfu fil-kelma sabiħa ta’ Ġesù lil Pietru li jirrikonoxxi l-kelma tal-missier permezz tal-appostlu u jgħidlu: “Int tkellimt hekk għax imnebbaħ minn missieri li hu fis-smewwiet. “Mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma missieri li hu fis-smewwiet” (Mt 16:17). Imma Pietru ma tlumux li jibqa’ jirraġuna ta’ bniedem li hu.

Meta Ġesù jibda jitkellem dwar il-ħtieġa li jbati, li jkun miċħud, li joqtluh u li jqum fit-tielet jum… Read more »

Pope Francis in General Audience: There is just one Gospel

  The Vatican

Brothers and sisters, good morning!

When it comes to the Gospel and the mission to evangelise, Paul is enthusiastic, he comes out of himself. He seems to see nothing other than this mission that the Lord has entrusted to him. Everything in him is dedicated to this proclamation, and he has no interest other than the Gospel. It is Paul’s love, Paul’s interest, Paul’s profession: to proclaim… Read more »

Faith and firm will – Bishop Joseph Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju tolqtok kif kultant nies li ma tistennihomx li se jagħrfu min hu Ġesù jkunu l-ewwel li jifhmu min hu. Hawnhekk għandna l-mara Kananeja, li ma kinitx parti mill-poplu Lhudi, li turina li għarfet tassew min hu Ġesù.

Hawnhekk Ġesù jitlaq lejn Tir u Sidon, fid-distrett fis-Sirja, tul il-kosta tal-Mediterran, qisu biex jevita l-folol. Imma hemmhekk toħroġ dil-mara li riedet li Ġesù jfejjaq lil bintha li kellha spirtu ħażin fiha… Read more »

Jesus has the power to heal and save us – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fir-rakkont li jagħtina San Mattew ta’ dan il-mument meta Ġesù jiltaqa’ ma sħabu fuq il-baħar, jidħol ukoll il-persunaġġ ta’ Pietru. Pietru donnu jagħmel sfida ħelwa lil Ġesù: “Jekk hu int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma”, “Ejja” (Mt 14:28-29).

Dik il-kelma hi kelma li Pietru semagħha: “Ejja warajja”. Din id-darba Ġesù jilqa’ l-isfida ħelwa ta’ Pietru u jagħtih l-istess qawwa tiegħu: li jimxi fuq l-ilma… Read more »

Trust in God and in ourselves – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Agħtuhom intom x’jieklu”. Dan kien il-kliem li Ġesù qal lid-dixxipli, u nista’ nimmaġina x’għadda minn moħħhom. Dawn id-dixxipli kienu raw dik il-folla ta’ nies, kien qed isir il-ħin, kien post imwarrab, u allura lil Ġesù qalulu: ta’ min jitilqu u jmorru fl-irħula ħa jixtru x’jieklu. Kienu preokkkupati meta raw dik il-folla ta’ nies. U Ġesù ħareġ b’waħda tajba; qalilhom: “Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x’jieklu”… Read more »

The Archbishop inaugurates the painting on St Laurence’s Church dome in Vittoriosa

  The Collegiate Church of St Laurence, Birgu

Il-Ħadd 1 ta’ Awwissu 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna ppresjeda l-akkademja mużikali li saret fl-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ tisbiħ tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz fil-Birgu.

Il-koppla tal-knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu nbniet fl-1954, wara li dik antika ġġarrfet kawża tal-attakk fuq HMS Illustrious f’Jannar 1941. Tħalliet fuq il-ġebla sakemm l-Arċipriet preżenti, il-Kan. Dun Karm Busuttil, flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, daħlu għall-proġett tal-pittura, id-dekorazzjoni u l-induratura tagħha… Read more »