Featured

Queen of love and compassion – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju tal-lum għandna lil Ġesù li juża kliem iebes ħafna kontra l-Fariżej. Irrid ngħid li mhux il-Fariżej kollha kienu hekk, imma dawn li Ġesù kien f’polemika magħhom kienu kif jgħid Ġesù, u għalhekk jgħidilhom illum għal diversi drabi “Ħażin għalikom” u jagħtihom titli oħra. Nixtieq li naraw lil dawn il-Fariżej b’kuntrast ma’ Marija, omm Ġesù u ommna wkoll, proprju f’dit-tifkira li qed nagħmlu llum ta’ Marija Reġina, sebat ijiem wara l-festa ta’ Marija mtellgħa s-sema… Read more »

The Lord will pass you through the narrow door because he loves you – The Archbishop to the community of Marsaxlokk

Mass on the 21st Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of Our Lady of Pompeii, Marsaxlokk

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm” (Lq 13:22). Dawn is-siltiet li se nibdew naqraw fil-Ħdud mill-Evanġelju skont San Luqa, li din is-sena qegħdin naqraw silta minnu kull nhar ta’ Ħadd; kollha huma parti mill-vjaġġ ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm; vjaġġ li proprju beda bl-Evanġelju tal-Ħadd li għadda, b’determinazzjoni Ġesù jibda jħares lejn Ġerusalemm. Fejn jitkellem dwar il-persekuzzjoni tiegħu, it-torturi tiegħu u s-salib… Read more »

The Sunday Gospel: 21st August

Twenty-First Sunday in Ordinary Time
Readings of the day

First Reading: Isaiah 66:18-21
Psalm: 116 (117):1,2
Second Reading: Hebrews 12:5-7,11-13

Gospel: Luke 13:22-30

Jesus passed through towns and villages, teaching as he went and making his way to Jerusalem. Someone asked him, “Lord, will only a few people be saved?” He answered them, Strive to enter through the narrow gate, for many, I tell you, will attempt to enter but will not be strong enough… Read more »

A patient ear, an understanding heart and a strong and proactive instinct – The Archbishop on Mgr Philip Calleja

Last farewell to Mgr Philip Calleja, the apostle of migrants

  The Jesuits' Church, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Iż-żewġ kmandamenti tal-imħabba huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti” (Mt 22:40). Il-Mulej illum jagħtina l-grazzja b’din il-kelma li nifhmu wkoll il-gratitudni li għandha timla ’l qalbna aħna u nagħtu tislima Nisranija u xierqa lill-għażiż Mons. Philip Calleja.

Aħna nafdawh lill-ħniena ta’ Alla, li meta jaqra l-ittra ta’ ħajjitna jaf jibdel il-kliem tagħna fi kliem ta’ grazzja bħalma għamel Philip Calleja, żagħżugħ li meta ltaqa’ ma’ armla rrabjata għax binha kien emigra ma kkuntattjahiex, u indunat li dan iż-żagħżugħ ta’ madwar 19-il sena kien jaf jikteb u jaqra, qaltlu: ‘Ma tiktiblix ittra għat-tifel?’ U hi bdiet tesprimi r-rabja u l-frustrazzjoni tagħha… Read more »

We ensure that we only do good and avoid harm – Mgr Philip Calleja

Wara li tħabbret il-mewt ta’ Mons. Philip Calleja, fl-età ta’ 93 sena, li ddedika ħajtu għall-emigranti u r-refuġjati, Newsbook.com.mt tkellem maż-żewġ suċċessuri tiegħu b’rabta mat-tmexxija ta’ Kummissjoni Migranti.

Mons. Alfred Vella, li kien sar Direttur tal-Kummissjoni fl-2003, wara Mons. Calleja, qal li hu se jibqa’ jiftakru bħala “persuna perseveranti li tgħin akkost ta’ kollox, anke jekk se jidher antipatku.” Qal li huma ħadmu tajjeb flimkien għal madwar 18-il sena meta Mons… Read more »

Live: Funeral mass of Mgr Philip Calleja – 19th August, 3pm

  The Jesuits' Church, Valletta

Help the Archdiocese carry out its mission Donate »

Follow today’s Mass readings from here.

Prayer for Spiritual Communion

My Jesus, I believe that you are present in the most Blessed Sacrament.
I love You above all things.
I desire to receive You into my soul.
Since I cannot now receive You sacramentally,
come at least spiritually into my heart… Read more »

The true test of pure love is mutual forgiveness – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Naħseb biex nifhmu l-kliem ta’ Ġesù li mhuwiex faċli anke għal widnejna, irridu naħsbu ftit fuq l-aħħar vers li jikkonkludi din is-silta mill-kapitlu 19 ta’ San Mattew: “Ħafna li huma tal-ewwel jiġu l-aħħar u tal-aħħar jiġu l-ewwel” (Mt 19:30).

Ġesù qed jitkellem fuq dinja rasha ’l isfel u sieqha ’l fuq, kollox ta’ taħt fuq. Qed jgħidilna li l-valuri tagħna ta’ kif inkejlu n-nies, iċ-ċirkustanzi huma totalment differenti minn dawk ta’ Alla fil-mentalità ta’ żmien Ġesù imma anke fil-mentalità ta’ żmienna… Read more »

Mons. Philip Calleja passes away

He was the director of the Emigrant Commission for about 50 years

Tħabbret il-mewt ta’ Mons. Philip Calleja, li għal 70 sena ħadem b’risq l-emigranti Maltin u r-refuġjati li jfittxu ażil f’Malta u b’risq il-Knisja f’Malta.

Mons. Calleja miet illum it-Tlieta, 16 ta’ Awwissu 2022, fl-3:45am fid-Dar tal-Kleru fi Fleur-de-Lys, fl-età ta’ 93 sena.

Mons. Philip Calleja twieled fit-8 ta’ Diċembru 1928 fil-Belt Valletta u ġie ordnat saċerdot fit-2 ta’ Awwissu 1953.

Għal madwar 50 sena kien id-direttur tal-Kummissjoni Emigranti, li twaqqfet fl-1950 fi ħdan l-Azzjoni Kattolika minħabba l-eżodu kbir ta’ Maltin lejn pajjiżi oħra… Read more »

The Archbishop on Sta Maria: Our Lady shows us that she walks with us and protects us

Mass on the solemnity of the Assumption of the Virgin Mary into Heaven

  The Basilica of the Assumption of Our Lady, Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibda bi vjaġġ ta’ Marija. L-Anġlu Gabrijel għadu kemm ħabbrilha li kellha ssir Omm Alla, u hi, tfajla rżina u żagħżugħa, marbuta mal-imħabba kbira għall-poplu Lhudi, tgħid lill-qaddej ta’ Alla l-Anġlu Gabrijel: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!”

Il-vjaġġ lejn Għajn Karem

Mimlija bil-ferħ li ġej mill-ispirtu qaddis ta’ Alla, mimlija bl-imħabba magħmul bniedem fil-ġuf tagħha, imtaqqla bl-għajdut tan-nies bis-suspett ta’ Ġużeppi, li mnebbaħ mill-qaddej anġlu ta’ Alla jilqagħha, mimlija b’dawn l-esperjenzi kollha, Sidtna Marija tilqa’ s-sinjal li ngħatalha, jiġifieri li għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun, u “tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija” (Lq 1:39) biex tiltaqa’ ma’ Eliżabetta, il-qariba tagħha li kienet diġà fis-sitt xahar tat-tqala tagħha… Read more »

Fly high – Bishop Galea-Curmi

Mass on the solemnity of the Assumption of the Virgin Mary into Heaven

  The Parish Church of the Assumption, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-espressjonijiet komuni fuq il-media soċjali meta jmut xi ħadd hi ‘Fly high!’. Taraha kemm-il darba, speċjalment meta xi ħadd ikun ħabib jew ħabiba ta’ min miet u jikteb din l-espressjoni. Mhuwiex dejjem ċar min jiktibha xi jkun qed jifhem biha, jidher li hi espressjoni li turi xi ħaġa lil hemm minn din il-ħajja; imma naħseb li l-festa li qed niċċelebraw illum tagħti l-isbaħ u l-aħjar tifsira għal din l-espressjoni ‘fly high’… Read more »