Featured

Pope urges concrete, urgent action to prevent abuse of minors in digital world

Pope Francis on Thursday addressed participants in an international congress in the Vatican on the theme, “Promoting Digital Child Dignity From Concept to Action, From 2017 to 2019”.

Pope Francis on Thursday called on experts in science and technology, the media, businesses, legislators, parents, religious leaders and others to join hands to take concrete and urgent action to protect children from criminal violence and harm in the digital world… Read more »

The spiritual betrayal experienced by victims of abuse – The Archbishop

An interview by John Allen, editor-in-chief of Crux online

  University of Notre Dame, Indiana, USA

Segwi t-taħdita pubblika mal-Arċisqof fil-filmat (fuq)

L-Arċisqof Charles J. Scicluna lbieraħ ġie intervistat minn John Allen, il-kap editur tal-gazzetta online Crux, dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali minn membri tal-kleru. L-Arċisqof kien il-mistieden tal-Università ta’ Notre Dame f’Indiana, l-Istati Uniti, għal taħdita pubblika li għaliha attendew mijiet ta’ persuni fosthom għadd kbir ta’ studenti universitarji. 

Waqt l-intervista l-Arċisqof semma’ kif ftit tal-jiem ilu, waqt li kien il-Messiku għall-kungress għall-Amerika Latina dwar il-protezzjoni tat-tfal, huwa ltaqa’ mill-ġdid ma’ Juan Carlos Cruz, wieħed mill-vittmi li kien iltaqa’ miegħu meta mar iċ-Ċilì fuq talba tal-Papa Franġisku… Read more »

Conference on Religious Education: challenges and action

  Institute of Education, Pembroke

Fit- 12 ta’ Novembru 2019, l-Uffiċjali Edukattivi tas-suġġett tal-Edukazzjoni Reliġjuża flimkien mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Reliġjuża, tellgħu konferenza bl-isem ‘Religious Education, Challenges and Actions’. Din il-konferenza kompliet fuq l-impenn tas-suġġett biex ikompli jiġġedded kemm fl-aspett metodoloġiku, kif ukoll fil-preżentazzjoni tal-kotba li jużaw l-istudenti mhux biss fis-settur primarju u medju li nbidlu fl-aħħar snin, imma anke issa f’dak sekondarju.

Fil-fatt f’din il-konferenza tnieda għall-ewwel darba s-sillabu l-ġdid tal-edukazzjoni reliġjuża tal-eżami ordinarju tal-matrikola flimkien mal-ktieb li se jakkumpanja dan is-sillabu… Read more »

A successful life – Bishop Galea-Curmi to the new graduates

Thanksgiving Mass on the occasion of the graduation of the University of Malta students

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Jum il-Gradwazzjoni hu jum li fih niċċelebraw is-suċċess. Intom illum bir-raġun qed tiċċelebraw, u aħna lkoll magħkom, għax wasaltu fi tmiem l-istudji tagħkom b’suċċess. Għandkom għal xiex tifirħu! Dan is-suċċess ma ġiex waħdu, imma kien frott ta’ snin ta’ studju, kultant ta’ żmien diffiċli u ta’ ostakli li żgur iltqajtu magħhom u li għelibtu biex stajtu taslu sat-tmiem.

Huma ħafna dawk il-persuni li għandkom tirringrazzjaw ta’ dan is-suċċess tagħkom f’Jum il-Gradwazzjoni… Read more »

Msida Pastoral Visit begins

22 adolexxent mill-parroċċa jirċievu s-Sagrament tal-Griżma

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp, l-Imsida

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru ngħatat bidu tal-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Imsida mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Dakinhar 22 adolexxent irċivew is-Sagrament tal-Griżma ta-Isqof u wara l-Isqof iltaqa’ ma’ dawk preżenti.

Messaġġ tal-okkażjoni mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi

Għeżież membri tal-parroċċa tal-Imsida, huwa ta’ ferħ kbir għalija li f’dawn il-jiem se niġi għall-Viżta Pastorali f’din il-parroċċa għażiża.

Il-parroċċa tagħkom, taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp, hija parroċċa li sentejn ilu ċċelebrat il-150 sena parroċċa… Read more »

Recognition and appreciation for those who worked for the kingdom of God

Mass by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi in suffrage of bishops, priests and religious people

  The Cathedral of St Paul, Mdina

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Jekk għoddejt sew il-lista li nqrat fil-bidu tal-quddiesa, huma 40 is-saċerdoti u r-reliġjużi li mill-aħħar ċelebrazzjoni f’Novembru tas-sena li għaddiet, għaddew għall-ħajja ta’ dejjem.
Nixtieq nagħmel dawn it-tliet riflessjonijiet qosra.

Rikonoxxenza

Illum nirringrazzjaw lil Alla b’rikonoxxenza u apprezzament għal kull wieħed u waħda minn dawn is-saċerdoti u r-reliġjużi. Niftakru wkoll f’dawk li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fis-snin ta’ qabel, imma nitolbu speċjalment għal dawn tal-aħħar sena… Read more »

European Conference on Catholic Education in Malta

50 delegates from 27 European countries representing 8.5 million students

  The Archbishop’s Curia, Floriana

Madwar 50 rappreżentat tal-iskejjel Kattoliċi fl-Ewropa attendew konferenza li saret fil-Kurja tal-Arċisqof u li ġiet organizzata mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Il-konferenza nfetħet b’Quddiesa li tmexxiet mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.

Id-delegati minn 27 pajjiż li jirrappreżentaw 8.5 miljun student fl-iskejjel tal-Knisja fl-Ewropa ddiskuttew diversi temi, inizjattivi u prattiċi pożittivi relatati mal-edukazzjoni Kattolika. Huma ddiskutew ukoll il-formazzjoni tal-kapijiet edukattivi u tal-edukaturi f’soċjetà pluralista u post-sekulari… Read more »

Make me a channel of your peace – Remembrance Day 2019

Pontifical Mass by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi

  St John’s Co-Cathedral, Valletta

Homily by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi

‘Lord, make me a channel of your peace.’ This prayer comes to our heart and mind on Remembrance Sunday – a day that was established a century ago, one year after the end of the First World War, to remember the fallen. We are commemorating this day on the morrow of the thirtieth anniversary of the Fall of the Berlin Wall – an important event that changed the course of history… Read more »

The Catholic Action: 90 years on

The General Assembly of the Catholic Action

  The Catholic Institute, Floriana

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru ġiet organizzata l-Assemblea Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija. Din is-sena kienet waħda speċjali għall-membri tal-għaqda għax kienet attività parti miċ-ċelebrazzjonijiet tad-90 Anniversarju. L-Assemblea Ġenerali bdiet billi disa’ persuni li kellhom bejn l-10 u d-90 sena, qasmu l-esperjenzi tagħhom fl-Azzjoni Kattolika, tul dawn id-90 sena li ilha mwaqqfa f’Malta.

Josef DeBono, il-President Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija tenna li dawn l-aħħar 90 sena mhux biss jirrakkontaw storja iżda juru wkoll ħeġġa għal dak li ġej, għax huwa iktar importanti minn dak li diġà għadda… Read more »

Breathing with two lungs – the 30th Anniversary of the Fall of the Berlin Wall

Statement by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi and 26 other representatives of all European Episcopal Conferences (COMECE)

The fall of the Berlin Wall on the 9th of November 1989 was one of the most important events in European history in the last decades. It was a moment full of emotion. After having been separated by a concrete wall for more than 28 years, people – relatives, friends and neighbours – living in the same city were able to meet each other, to celebrate and to express their joy and hopes… Read more »