Featured

Announcement

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2019, il-Kurja tal-Arċisqof inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-Uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa minħabba rtir għall-impjegati bi tħejjija għall-Avvent. L-uffiċċji tal-Caritas jerġgħu jiftħu fil-5pm. Read more »

Watch: 138 persons graduate from the Pastoral Formation Institute

  The Church of the Holy Cross (Capuchins), Floriana

138 persuna temmew b’suċċess wieħed mill‑14‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Iċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni saret nhar it‑Tlieta, 26 ta’ Novembru 2019, fil‑knisja tas‑Salib Imqaddes, il‑Furjana, u tmexxiet mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Iċ‑ċerimonja bdiet b’Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla u wara saret il‑preżentazzjoni taċ‑ċertifikati.

Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu fl‑oqsma tal‑familja, it-teoloġija, l‑istorja tal‑Knisja f’Malta, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, id‑dimensjoni spiritwali fil‑kura tas‑saħħa, l‑għeruq tal‑fidi nisranija fil‑Ġudaiżmu, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Franġiskana, Karmelitana, Injazjana u l‑Akkumpanjament Spiritwali… Read more »

Pope sends condolences to victims of Albania quake

Survivors of the earthquake in Albania in a temporary shelter in the city of Durres  (ANSA)

On behalf of Pope Francis, the Cardinal Secretary of State, Pietro Parolin, sends a telegram of condolence to victims of Tuesday’s earthquake in Albania.

Pope Francis has sent his “heartfelt condolences” to survivors of the earthquake that struck Albania early Tuesday morning.

In a telegram addressed to the Ilir Meta, the president of Albania, the Vatican Secretary of State, Cardinal Pietro Parolin says the Holy Father is praying for the souls of those who died in the disaster, and “assures the injured and all those affected by this disaster of his closeness in prayer”… Read more »

Building our lives on solid ground, one stone after the other – The Auxiliary Bishop

Thanksgiving Mass on graduation day of the Pastoral Formation Institute

  The Church of the Holy Cross (Capuchins), Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm sentenza li qal Ġesù fl-Evanġelju tal-lum li tolqtok b’mod qawwi. Xi nies kienu qed iħarsu lejn it-tempju, u jgħidu fuq kemm kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet, u Ġesù jgħidilhom: “Kulma qegħdin taraw għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”.

Ma nafx x’kienet ir-reazzjoni tan-nies meta semgħu dan il-kliem. Immaġina lilna nħarsu lejn il-patrimonju sabiħ li għandna, forsi tkun xi bażilika jew knisja kolleġġjata, nammiraw it-tiżjin li għandna, imbagħad jiġi Ġesù u jgħidilna li jiġi żmien meta kollox se jiġġarraf! … Read more »

Pope bids farewell to Japan, leaves hearts overflowing with gratitude

Pope Francis concludes his Apostolic Journey to Japan, fulfilling his dream to be a missionary to the country and spurring the Japanese Church to protect all life.

It was a bittersweet farewell that Pope Francis bade to the people of Japan on Tuesday, as he boarded the papal plane at Tokyo-Haneda airport.

His visit fulfilled a life-long desire to come to this East Asian nation as a missionary, a dream that was truncated by illness as a young JesuitRead more »

‘Do we still have the fear of God?’ The Archbishop during the solemnity of Christ the King

Diocesan Celebration of the solemnity of Christ the King 2019

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Ix-xena nafuha lkoll għax hija mnaqqxa fil-kultura tagħna. Nafu kemm fi żmien tal-Ġimgħa l-Kbira, Maltin u Għawdxin jiddedikaw l-enerġija tagħhom, id-devozzjoni, l-imħabba tagħhom biex jikkommemoraw ix-xena li għadna kemm smajna skont l-Evanġelju ta’ San Luqa.

“Il-poplu waqaf hemm iħares” (Lq 23:35). Aħna wkoll illum nixtiequ ninġabru madwar din ix-xena ta’ qsim il-qalb fuq l-għolja tal-Golgota, il-kalvarju, u nħarsu lejn Ġesù msallab, imsallab mal-midinbin u mal-kriminali akkumpanjat minn żewġ ħallelin wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug… Read more »

Updated: The Diocesan Celebration on the Solemnity of Christ the King

Aġġornata l-Ħadd 24 ta’ Novembru: Iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Fil-5pm jibda r-rużarju quddiem Ġesù espost u tingħata l-Barka Sagramentali. Fil-5:30pm titkanta t-Talba tal-Għasar.

Il-Mixja ta’ Fidi mill-monument ta’ Kristu Re mhux ser issir minħabba l-maltemp. Kulħadd mistieden u mħeġġeg jattendi. __________________________________________________________________________________________________

Il‑Knisja Kattolika ser tiċċelebra l‑festa liturġika ta’ Kristu Re nhar il‑Ħadd, 24 ta’ Novembru 2019… Read more »

The 2019 Diocesan Assembly comes to an end – towards ‘One Church, One Journey’

  Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

Ara siltiet mill-Assemblea Djoċesana

Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ppresieda t-tieni sessjoni tal-Assemblea Djoċesana 2019.

Wara li fl-ewwel sessjoni ġie ppreżentat il-working document tal-Pjan Pastorali bit-tema ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’, fil-bidu tat-tieni sessjoni saru tmien preżentazzjonijiet mir-rapporteurs tal-working groups dwar dak li ġie diskuss minn dawk preżenti għall-Assemblea.

Fit-tieni sessjoni wkoll, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi spjega t-triq ‘il quddiem u qal li, wara li jiġu evalwati r-reazzjonijiet li ngħataw bħala parti mill-proċess ta’ dixxerniment ekkleżjali, il-Pjan Pastorali għas-snin 2020-2023 ser jiġi ppublikat f’Jannar… Read more »