Featured

Embracing poverty to be rich before the Lord – The Archbishop

The Solemn Profession of Sr Sarah Rayah

  Church of St Teresa of Jesus, Cospicua

The homily by Archbishop Charles J. Scicluna

Dear Sister Sarah Rayah of God, you have asked for three things which today’s liturgy helps us to meditate upon. We commend you to the intercession of Our Lady Immaculate, to her Immaculate heart.

You have asked for the mercy of  God; you have asked for the poverty of the Order and the society of the sisters… Read more »

Love: the way which will lead us to leaving this world with a pure heart – The Arcbishop

  Church of Mary Immaculate, Mother of the Church, Ibrag

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Qegħdin niċċelebraw din il-festa kbira li tfakkarna fit-tnissil ta’ Sidtna Marija. L-Evanġelju li għadna kemm qrajna huwa dwar it-tnissil ta’ Ġesù u wieħed jistaqsi: ‘Għaliex qrajna l-Evanġelju tat-tnissil tat-tifel meta qegħdin niċċelebraw it-tnissil tal-omm?

L-ewwel nett għaliex fl-Evanġelju m’għandniex rakkont tat-tnissil. It-tradizzjoni orjentali tagħtina l-ismijiet tal-ġenituri ta’ Marija, li aħna niċċelebraw ta’ kull sena fis-26 ta’ Lulju, u tgħid li kien jisimhom Anna u Ġwakkin… Read more »

Members of Centesimus Annus Pro Pontifice Foundation meet with the Bishops

  The Archbishop's Curia, Floriana

Nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru, il-President tal-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, Dr Anna Maria Tarantola, flimkien mas-Segretarju Dr Eutimio Tiliacos għamlu żjara lill-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Dr Tarantola ġiet eletta President ta’ din il-Fondazzjoni s-sena li għaddiet, u qed iżżur lid-diversi sezzjonijiet għal żjarat ta’ familjarizzazzjoni.

Dr Tarantola hija personalità magħrufa hafna fl-Italja. Fost l-oħrajn, kienet Viċi Direttur Ġenerali tal-Banca d’Italia u għal tliet snin President tar-RAI… Read more »

70 years dedicated to Maltese emigrants and foreigners seeking asylum in Malta

The launch of Mgr Philip Calleja's biography

  Malta Emigrants Commission, Valletta

Mons. Philip Calleja ppreżentat kopja tal-bijografija tiegħu minn Joe Mizzi ta’ Midsea Books

Nhar l-4 ta’ Diċembru tnieda l-ktieb Philip Calleja – Għex għall-bniedem maqlugħ minn għeruqu, mill-Kummissjoni Emigranti u Midsea Books, dwar is-70 sena ta’ ħidma li Mons. Calleja ddedika għall-emigranti Maltin u l-familji tagħhom, għall-barranin li jfittxu l-ażil f’Malta, u għall-Knisja f’Malta.

Il-bijografija ta’ 500 paġna nkitbet minn Charles Buttigieg li għal bosta snin ħadem mill-qrib ma’ Mons… Read more »

The Immaculate Conception: a proof that nothing is impossible for God – The Archbishop

Mass celebrated on the 15th anniversary of the establishment of Pembroke Parish

  The Parish Church of the Risen Christ, Pembroke

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna jirrakkonta t-tnissil ta’ Ġesù fil-ġuf ta’ ommu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. U tgħiduli: ‘għaliex fil-festa tat-tnissil ta’ Marija naqraw l-Evanġelju tat-tnissil ta’ Binha?’ L-ewwel nett għaliex fl-Evanġelju m’għandniex ir-rakkont jew riflessjoni diretta fuq it-tnissil ta’ Marija. Nafu mit-tradizzjoni, almenu minn kitbiet ’l barra mill-Evanġelju dawk li jgħidulhom l-Apokrifi, li l-ġenituri tagħha kienu jisimhom Anna u Ġwakkin… Read more »

Be present with your gifts to each other – The Archbishop

A Christmas Activity for children organised by the Diocesan Commission for Children

  Church of Mary, Mother of the Church, Ta' Mliet, Mosta

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri u l-katekisti, il-kappillan li għamlu mod  biex niltaqgħu flimkien illejla. Nixtieq nirringrazzja ħafna lil kull min ħa sehem, lill-kor, anke liż-żgħażagħ li għamlu l-pageant.

Jiena nixtieq nagħtikom suġġeriment u nieqaf bih. Din is-sena, meta taħsbu fir-rigali, ftakru xi tfisser il-kelma ‘present’. Xi tfisser il-kelma ‘present’? Rigal! Imma l-kelma ‘present’ tfisser: jiena hawn. Aħna meta konna żgħar l-għalliema kienet tgħid: ‘Charles Scicluna?’ ‘Present’ Ġieli tagħmlu hekk intom? … Read more »

14 paintings in Mosta Basilica restored

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi waqt id-diskors tiegħu

Ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr fuq 14-il pittura fil-Bażilika Minuri ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta, b’investiment ta’ €82,000 b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Fost il-pitturi restawrati hemm erbgħa li jmorru lura għas-seklu 17 kif ukoll seba’ pitturi ta’ Giuseppe Calì u erbgħa ta’ Stefano Erardi.

Il-proġett ġie inawgurat il-Ħadd 8 ta’ Diċembru mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, mill-Ministru għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Edward Zammit Lewis u mis-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia… Read more »

Christmas invites us to draw closer to what is essential in life – The Archbishop

Mass for all schools initiating the Milied Hieni Campaign

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna liż-żgħażagħ li tawna riflessjonijiet tassew sbieħ u għallmuna li l-Milied huwa dejjem attwali. Is-sinjal tal-Milied huwa tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura. Il-maxtura kienet il-post fejn ipoġġu l-għalf għall-annimali minn fejn ikunu jistgħu imaxtru l-ġwież u dak li jingħatalhom. U din it-tarbija li hija wkoll ir-raġel ta’ 33 sena li jgħidilna: “Dan hu ġismi, dan hu demmi”… Read more »

A fund for Albania earthquake victims

L-Arċisqof George Frendo O.P. waqt iż-żjara lill-vittmi tat-terremot fl-Arċidjoċesi tiegħu ta’ Tirana-Durrës

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex qed jappellaw għal donazzonijiet b’risq il-vittmi tat-terremot li seħħ fl-Albanija. Aktar minn 50 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li mal-4,000 ruħ spiċċaw bla dar u hemm urġenza għall-għajnuna.

Fuq talba tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, Caritas Malta b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus… Read more »

Feast of the Immaculate Conception celebrated this Sunday

L-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Esteban Murillo li tinsab f’The Hermitage, St Petersburg

Il-Kongregazzjoni tal-Kult Divin u tad-Dixxiplina tas-Sagramenti tas-Santa Sede laqgħet it-talba tal-Isqfijiet Maltin biex is-Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija, il-Kunċizzjoni, tiġi ċċelebrata fil-ġurnata tagħha, jiġifieri nhar il-Ħadd li ġej, 8 ta’ Diċembru. Dan minkejja li l-festa taħbat fit-tieni Ħadd tal-Avvent.

Din l-awtorizzazzjoni ngħatat mill-kongregazzjoni lill-Provinċja Ekkleżjastika Maltija, jiġifieri l-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex, għal din is-sena biss… Read more »