Featured

He lifts us up – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Pietru u sħabu kienu fuq id-dgħajsa li kienet qed titħabat mal-mewġ, bir-riħ kontra tagħhom, l-aħħar ħaġa li kienu qed jistennew kienet li jaraw xi ħadd miexi fuq il-baħar. Għalhekk kif raw xi ħadd miexi, qalu li hu fantażma. Kien Ġesù, m’għarfux li kien Ġesù. Imma meta Ġesù għamlilhom il-qalb, Pietru, li dejjem hu l-ewwel wieħed li jitkellem u jieħu azzjoni, ried li jmur ħdejh, jimxi fuq il-baħar u jasal sa ħdejh… Read more »

Showing generosity not only amongst us but also towards foreigners even at this challenging time – The Archbishop

Mass on the 18th Sunday in Ordinary Time

  Chapel of St Mary Magdalen, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jibda b’mument partikolari ħafna fil-ħajja ta’ Ġesù. Għalkemm l-Evanġelju stess ma jagħtiniex dettalji imma jibda b’dan il-kuntest verament partikolari. Ġesù jisma’ bl-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, dak li kien indikah bħala l-ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja, dak li kien preżenti fil-magħmudija tiegħu, dak li wrieh lid-dinja.

Anke f’kuntest ta’ vjolenza għaliex qatlulu ħabib kbir, il-Mulej jibqa’ jħobb, jibqa’ juri sentimenti ta’ ħniena, ta’ kompassjoni… Read more »

“Pulling the same rope” – The Archbishop

Thanksgiving Mass with frontline healthcare workers

  Minor Basilica of Christ the King, Paola

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fid-dawl tal-Evanġelju li għadna kemm smajna (Lq 5:17-26) u li qara Fr Bertrand Vella, wieħed miċ-Chaplains ta’ Mater Dei, nixtieq noffri tliet riflessjonijiet.

Dan ir-rakkont insibuh fi tliet Evanġelji minn erba’ u għalhekk jurina kemm hu mument importanti fil-ħajja ta Ġesù. Kellhom ikunu żgħażagħ biex jitilgħu minn fuq il-bejt u jgħaddu wieħed minn sħabhom mifluġ mix-xorok! L-insistenza tagħhom wasslet lil seħibhom għall-fejqan… Read more »

“Lord Jesus, never let me be parted from you” – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hu Ġesù stess li jispjega l-parabbola tas-sikrana u tal-qamħ u jgħid li Bin il-Bniedem jiżra’ l-qamħ u x-xitan jiżra’ s-sikrana. Jgħid ukoll li ż-żerriegħa t-tajba huma “wlied is-saltna” u s”-sikrana huma wlied il-ħażin”.

Wieħed jifhem mill-lewwel li din l-għażla ma tiġix mit-twelid. Ħadd ma jitwieled tajjeb u ħadd ma jitwieled ħażin. Kulma ħalaq Alla huwa tajjeb. Bl-għażliet tagħna mbagħad nagħżlu wkoll ulied min inkunu… Read more »

A treasure and a fine pearl – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 17th Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Biex Ġesù jfiehem lin-nies dak li ried jgħid, kien juża spiss it-tixbihat. Illum nixtieq li niffukaw fuq tnejn minn dawk li jsemmi fl-Evanġelju, li kellhom tifsira speċjali għan-nies ta’ żmienu: 
(i) it-teżor moħbi f’għalqa u
(ii) il-ġawhra li negozjant isib u mbagħad jixtri lilha għax tiswa ħafna.

Ġesù jgħid li s-saltna tas-smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa… Read more »

The choice the Lord gives us – The Archbishop

Mass on the 17th Sunday in Ordinary Time

  Chapel of Our Lady of Ransom, Selmun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu nifhmu aħjar l-ewwel żewġ parabboli li jagħtina Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew kapitlu 13, fid-dawl anke tar-rakkont sabiħ li smajna fl-ewwel qari. David miet u bħala sultan warajh, il-Mulej jagħżel lil Salamun, li fil-ħolm ikollu dan id-djalogu mal-Mulej. Il-Mulej jagħmillu mistoqsija, li tista’ tkun ukoll mistoqsija li għamel lill-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna: “Itlobni xi ħaġa x’nagħtik” (1 Slat 3:5)… Read more »

Faithfulness till the end – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Calcedonius offered for women who will be giving birth, for the Lord to protect them and their baby in childbirth and afterwards

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Huma ftit il-qaddisin li d-devozzjoni lejhom bdiet f’Malta. Għandna lil San Publju u lil San Ġorġ Preca, u l-Beati Nazju Falzon u Marija Adeodata Pisani, li kienu jgħixu hawn. Imma hemm qaddis li ma għexx f’Malta u li d-devozzjoni lejh bdiet f’Malta: dan hu San Kalċedonju, li qed niċċelebraw il-festa tiegħu llum. Ir-raġuni hi għaliex snin ilu, fl-1753, il-Papa ta’ dak iż-żmien, Benedittu XIV, kien bagħat hawnhekk il-fdalijiet tiegħu lill-Ġiżwiti li kienu jgħixu f’dan il-post, il-kunvent li kien jissejjaħ tal-Madonna ta’ Manresa… Read more »

Prayers lead to love – The Archbishop

Mass on the feast of St Bridget of Sweden

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa ta’ Santa Briġida, dan l-Evanġelju jispjegalna forsi l-qalb ta’ din il-qaddisa li magħrufa wkoll bħala mara ta’ mistiċiżmu awtentiku u kbir.

Fil-fatt, nistgħu ngħidu li kienet magħżula minn Alla biex tkun profeta għall-Knisja. Briġida, anke mqanqla mit-talb u bil-kuntatt kontinwu ma’ Ġesù, kienet tħares lejn il-kapijiet ta’ żmienha — kemm reliġjużi kemm ċivili — u kienet tiktbilhom ittri qawwija ħafna b’mod anke dirett… Read more »

Are you interested in teaching religion or becoming a spiritual director?

Scholarships offered in Spiritual Companionship, Theology and Spirituality

Il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta qed tilqa’ applikazzjoni għal dawn il-korsijiet li se jiftħu f’Ottubru 2020:

  • Ċertifikat fil-Protezzjoni tat-Tfal u ż-Żgħażagħ – programm ġdid offrut fuq bażi part-time (filgħaxija) u mifrux fuq żewġ semestri. Hu offrut f’kollaborazzjoni mal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, mad-Dipartiment tal-Liġi Ċivili u mas-Safeguarding Commission Malta.

We wish to see a sign – Bishop Galea-Curmi

Mass dedicated to those who died in the last few days

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek.” Dan kien il-kliem li xi kittieba u Fariżej qalu lil Ġesù.

Il-biċċa hi li kienu raw digà sinjali jew semgħu b’sinjali li għamel Ġesù. Ftit qabel din is-silta, fl-Evanġelju ta’ San Mattew, naqraw li “ħafna min-nies marru warajh u fejjaqhom kollha”. U Ġesù, barra l-fejqan, kien ukoll keċċa xjaten, kien sikket it-tempesta, kien għamel diversi sinjali… Read more »