Featured

No need for spectacular things to meet the Lord – the Archbishop

Mass for the memorial of St Jehoshaphat, bishop and martyr

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nfakkru lil San Ġosafat, nifhmu iżjed għaliex il-Mulej jinsisti ħafna fuq ir-realtà kiefra li jkollu jbati min-nisel ta’ żmienu u li jkun miċħud. Għaliex il-martri jgħixu f’ġisimhom dan l-istess proċess: jagħtu ħajjithom imma jkun hemm min mhux biss iġagħalhom ibatu imma wkoll li jiċħduhom. Fihom, fil-mewt tagħhom, hemm din il-kontinwazjoni tat-traġedja tal-umanità li tiċħad, li tirreżisti lil Ġesù u lil min hu tiegħu… Read more »

Keeping the lamp alight – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 25th anniversary of the founding of Radju Marija and the 100th anniversary of the birth of Pope John Paul II

  Radju Marija offices, Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja li smajna llum fl-Evanġelju – tal-għaxar xebbiet li qed jistennew l-għarus – Ġesù qalha b’referenza għad-drawwiet ta’ żmienu, imma wkoll b’messaġġ ċar li ta lin-nies ta’ żmienu u jagħti lilna llum. Kieku kellek tiġbor fi ftit kliem il-messaġġ li qed jgħid Ġesù, hu: kun preparat, kun preparata, għall-mument meta tiltaqa’ miegħu wiċċ imb wiċċ. Aħna lkoll imsejħin biex inkunu ppreparati għal din il-laqgħa miegħu… Read more »

Ceiling paintings restoration completed in Rabat Minor Basilica

Another project co-financed by European Funds

  St Paul's Minor Basilica, Rabat

Tlesta l‑proġett ta’ konservazzjoni u restawr tal‑pitturi li jinsabu mas‑saqaf tal‑kappella ddedikata lil Sant’Antnin fil‑Bażilika Minuri ta’ San Pawl fir‑Rabat. Ix‑xogħol ta’ restawr, li ammonta għal madwar €80,000 b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, ġie inawgurat dalgħodu mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross u l‑Arċipriet Kan. Louis Suban… Read more »

We can never move forward without remembering the past – Remembrance Day 2020

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin niċċelebraw, bħalma nagħmlu kull sena, Jum it-Tifkira, u f’dan il-jum għandna l-opportunità li nieqfu u mhux biss infakkru u nikkommemoraw imma wkoll b’sens ta’ gratitudni nerġgħu ngħixu t-tbatija li batew diversi minn ħutna minħabba l-kefrija tal-gwerra.

L-esperjenza tal-poplu tagħna hija esperjenza ta’ qsim il-qalb, b’mod speċjali fit-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija Malta saret l-infermiera tal-Mediterran u wriet li l-akkoljenza li timmarka l-isbaħ paġni tal-istorja ta’ pajjiżna, mhux hi biss akkoljenza fil-ferħ imma anke fin-niket… Read more »

Wise and pure – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kunu għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem” (Mt 10:16). Dan kien il-kliem li Ġesù qal lill-Appostli meta qalilhom li se jibgħathom “bħal nagħaġ qalb l-ilpup”. Hu kliem li kien utli ħafna għalihom, u siewi tassew għalina llum.

Ġesù għaqqad flimkien l-għaqal u s-safa. Għaqqad flimkien żewġ aspetti li t-tendenza tagħna hi li  nqiegħduhom kontra xulxin. U tifhem għaliex. Aħna lill-ħamiema nassoċjawha mal-paċi, mal-Ispirtu ta’ Alla… Read more »

They encourage us a lot – L-Isqof Galea-Curmi

Mass on All Saint's Day

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

Quddiesa Livestream Hal Balzan – 19/04/20 Aktar ritratti hawn: knisja.mt/ritratti L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta ftit ta’ snin ilu Dun Ġorġ Preca kien iddikjarat qaddis, aħna l-Maltin ilkoll fraħna li xi ħadd minn fostna ġie ddikjarat mill-Knisja bħala qaddis, jiġifieri qed igawdi lil Alla għal dejjem. Ħassejnieh bħala unur għalina.

Imma, fil-fatt, meta aħna llum niċċelebraw il-festa tal-qaddisin kollha, din tfakkarna li minbarra dawk li huma ddikjarati qaddisin, li huma ħafna u li ħafna minnhom lanqas nafuhom aħna – meta tara l-lista ta’ qaddisin meqjuma fil-Knisja huma ħafna – hemm ħafna oħra li mhumiex iddikjarati qaddisin imma li qed igawdu lil Alla fis-sema… Read more »

They were speechless – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju nsibu diversi mumenti meta n-nies jistaqsu lil Ġesù; ġieli b’interess, ġieli b’sens ta’ polemika, u ġieli biex jonsbuh. Imbagħad hemm mumenti meta Ġesù nnifsu jagħmel mistoqsija. Hawnhekk fir-rakkont rajna lil Ġesù li jagħmel żewġ mistoqsijiet lill-għorrief tal-liġi u lill-Fariżej. Tolqtok kif l-Evanġelju jgħid li għal dawn il-mistoqsijiet baqgħu siekta: “ma tkellmu xejn”, u “ma kellhomx ħila jweġbuh”.

Ma għamlux hekk għax ma fehmuhx jew għax kienu aljenati, għax l-Evanġelju jgħid fil-bidu li kienu “għajnejhom fih”… Read more »

Living truly free – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

“In-nies ilkoll ferħu”. Hekk naqraw fl-Evanġelju tal-lum meta dawn in-nies raw il-miraklu li għamel Ġesù li lill-mara li kienet ilha 18-il sena sħaħ marida hu jagħtiha s-saħħa mill-ġdid. In-nies setgħu jaraw is-sinjal tal-qawwa ta’ Alla li tfejjaq, li tagħti s-saħħa mill-ġdid.

Imma l-Evanġelju jurina kif kien hemm ukoll oħrajn, nies oħra. Ma’ dawn in-nies li ferħu, li kienu jafu japprezzaw, li kellhom qalbhom miftuħa għal Alla, kien hemm ukoll nies oħra li kienu kontra Ġesù… Read more »

Presentation of the new Directory for Catechesis

Online meeting from the European Bishops' Conferences

The meeting of the CCEE Catechesis Section, which was held by videoconference on the morning of Wednesday 14 October 2020, had as its theme the presentation of the new Universal Directory for Catechesis.

27 Bishops and National Directors, responsible for the catechesis of the Bishops’ Conferences of Europe, met online to reflect on the effects and challenges that the new Directory will bring to pastoral realities throughout Europe… Read more »