Featured

The call for politicians to embrace love and hope in politics – The Archbishop on the 100th anniversary of the Labour Party

Mass on the 100th anniversary of the Labour Party

  St John's Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Li nagħrfu li f’kull bniedem hemm ħuna jew oħtna u nfittxu ħbiberija soċjali li tinkudi lil kulħadd, dawn mhumiex sempliċiment utopija – ħolm, xi ħaġa impossibli li tagħmilha. Jesiġu imma minna deċiżjoni u l-ħila li nsibu t-toroq effikaċi, dawk li jwasslu tassew, li jiżguraw il-possibbiltà vera tagħhom” (Fratelli Tutti). Mhux biżżejjed toħlom, trid ssib il-mezzi biex il-ħolma tiegħek isseħħ… Read more »

New premises for Malta Guide Dogs Foundation thanks to the Archdiocese of Malta

The Archbishop inaugurates and blesses the new premises

  The office of the Malta Guide Dogs Foundation, Santa Venera

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna inawgura uffiċċju ġdid tal-Malta Guide Dogs Foundation (MGDF) nhar it-Tnejn 30 ta’ Diċembru. L-uffiċċju ngħata mill-Arċidjoċesi ta’ Malta lill-fundazzjoni għal snin bla kera, wara li din tilfet l-uffiċċju li kellha qabel minħabba li għadda għand operatur privat. Min-naħa tagħha l-fondazzjoni rranġat il-post bil-għajnuna ta’ numru ta’ sponsors u l-post issa fih mejda fejn jista’ jiltaqa’ l-bord, żewġ skrivaniji, kċina żgħira u kamra tal-banju… Read more »

Leading people to Jesus – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Andrew

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Sant’Andrija kien sajjied minn Betsajda fil-Galilija, flimkien ma’ ħuh Pietru. Fl-Evanġelju qrajna din is-silta meta Ġesù jsejħilhom biex minn sajjieda jagħmilhom “sajjieda tal-bnedmin”. Imma fl-Evanġelju ta’ San Ġwann (Ġw 1:35-42) għandna rakkont sabiħ ħafna meta jkun hu, Indrì, li jiltaqa’ ma’ Ġesù. Kien dixxiplu ta’ Ġwanni l-Battista, u meta dan uriehom lil Ġesù u qalilhom “Araw il-Ħaruf ta’ Alla”, hu mexa warajh, qagħad miegħu, għarfu bħala l-Messija… Read more »

Our Father the potter – Bishop Galea-Curmi

Mass on the First Sunday of Advent

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kelma li fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jirrepetiha tliet darbiet. Jgħid: “ishru”. Dan id-diskors hu parti minn diskors itwal li għamel Ġesù, li jiġi eżatt qabel il-Passjoni skont San Mark, u fi tmiem ta’ dan id-diskors twil, jgħid dik is-sentenza: “dak li qed ngħid lilkom, qed ngħidu għal kulħadd: ishru.”

X’jiġifieri tishar? Aħna bil-Malti għandna l-kelma ‘sahra’ li tfisser taħdem overtime Read more »

“The Church in Malta is grateful to Oliver” – The Archbishop

Mass for the state-organised funeral of Prof. Oliver Friggieri

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Bħalma jħenn il-Missier għal uliedu, hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu għax hu jaf kif aħna magħġuna, jiftakar li aħna trab”. Is-salmi huma ġabra ta’ poeżiji li fl-osservazzjoni li għamel il-Papa Girgor il-Kbir, bihom Alla nqeda biex jagħtina għodda ħalli nkunu nistgħu nfaħħruh, nitolbuh, ingergru miegħu, u nitolbuh l-għajnuna.

Oliver xorob qatigħ minn l-għajn safja tal-Kelma ta’ Alla li parti kbira minnha hija letteratura straordinarja… Read more »

We will all be judged on one criterion: the criterion of love – The Archbishop

Diocesan celebration on the solemnity of Our Lord Jesus Christ, King of the Universe

  The Minor Basilica of Christ the King, Paola

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-3 ta’ Ottubru li għadda tas-sena 2020, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku tana dokument ġdid li huwa l-iżjed dokument riċenti fis-sensiela ta’ dokumenti prezzjużi u għeżież li s-suċċessuri ta’ Pietru tawna fid-duttrina soċjali tal-Knisja. Din is-serje bdiet fl-1891 mill-Papa Ljun XIII bl-enċiklika Rerum Novarum u diversi papiet matul is-snin f’dawn l-aħħar seklu u nofs komplew iżidu mat-tagħlim soċjali tal-Knisja… Read more »

Your kingdom come – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Somenity of Christ the King

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

It-titlu ‘sultan’ jew ‘re’, meta nużawh għal Kristu, għal ħafna min-nies ma jinftihemx. Għax aħna, ħafna drabi, f’moħħna l-idea ta’ sultan hu ta’ xi ħadd tal-passat, li taqra fuqu fl-istejjer; jew inkella xi ħadd li għandu pożizzjoni importanti, ta’ unur, imma mingħajr effett reali fuq il-ħajja tan-nies. U Ġesù Kristu la hu xi ħadd tal-passat biss, u lanqas għandu jkun xi ħadd mingħajr influwenza fuq il-ħajja tan-nies… Read more »

EU funds for the restoration of the Chapel of Santa Marija tal-Ħlas in Żejtun

  Chapel of Santa Marija tal-Ħlas, Żejtun

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda r-restawr tal-kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas b’investiment ta’ madwar €130,000, ko-finanzjati b’fondi Ewropej. Id-dettalji dwar il-proġett tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u mill-Arċipriet taż-Żejtun Dun Nicholas Pace.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li l-istruttura tal-kappella ddeterjorat ħafna minħabba dħul ta’ ilma mis-saqaf u l-umdità. B’dan l-investiment se jinbnew ħames strutturi fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-kappella biex jissaħħaħ il-ħajt u b’hekk jissaħħu l-ħnejjiet tas-saqaf tal-kappella… Read more »

The temple of God is not a den of thieves – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja ta’ meta Ġesù daħal fit-tempju u keċċa l-bejjiegħa mit-tempju hi ġrajja li nsibuha fl-Evanġelji kollha. F’San Luqa nsibu inqas dettalji, insibuha fil-qosor, imma joħroġ ukoll tajjeb ir-rabja li kellu Ġesù hu u jkeċċi dawn il-bejjiegħa mit-tempju, xi ħaġa li qatt ma kien għamel.

Għaliex Ġesù rrabja daqshekk? Ġesù ried jieħu azzjoni drastika, li biha jagħti messaġġ qawwi lin-nies ta’ żmienu, u lilna wkoll… Read more »

Lord, be our light – Bishop Galea-Curmi

Mass for the memorial of St Margaret of Scotland and St Gertrude

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-istorja tal-għama li kien bilqiegħda mal-ġenb tat-triq ftit ’il bogħod minn Ġeriko hi storja sabiħa ħafna li nsibu fl-Evanġelju skont San Luqa u hi ta’ għajnuna għal ħajjitna. Nixtieq li nħarsu lejn l-għama, lejn il-folla tan-nies, u lejn Ġesù, u naraw x’jgħallmuna għal ħajjitna.

Ħa nħarsu lejn dan il-bniedem għama li kien qiegħed bilqiegħda jittallab il-karità. Dan kien bniedem li kellu kuraġġ… Read more »