Featured

Jesus as a source of light – The Archbishop

Mass for the memorial of St Thomas Aquinas

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Wieħed mis-sinjali ta’ San Tumas d’Aquino hija li fuq is-sider tiegħu jkun hemm qisha bħal xemx tiddi ħafna. Ħafna drabi l-qaddisin nagħrfuhom b’xi sinjal li f’kull, biex ngħidu hekk, rappreżentazzjoni tagħhom, ikun preżenti biex jiddistingwihom minn qaddis ieħor.

San Tumas kien verament dawl u Ġesù fl-Evanġelju jitkellem fuq il-musbieħ li jitpoġġa mhux taħt is-sodda biex jinħeba imma fuq l-imnara (Mk 4:21)… Read more »

Lambs among wolves – Bishop Galea-Curmi

Mass for the memorial of St Timothy and St Titus

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħrief qalb l-ilpup”. Dan hu l-kliem li juża Ġesù fl-Evanġelju llum biex ifisser il-mod kif id-dixxipli tiegħu jaqdu l-missjoni tagħhom. Hawnhekk jibgħat it-72 dixxiplu biex imorru tnejn tnejn f’kull belt u post fejn kien sejjer hu, u jgħidilhom li qed jibgħathom bħal “ħrief qalb l-ilpup”.

L-ewwel ħaġa fl-Evanġelju li jinsisti fuqha, u li hi tant importanti, hi l-ħtieġa tat-talb… Read more »

I bring good news – Bishop Galea Curmi

Mass on the third Sunday in ordinary time

  Church of St Gregory, Żejtun

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta xi ħadd jiġi u jgħidilna “għandi aħbar tajba x’nagħtik”, aħna mhux biss inkunu kurjużi biex nisimgħu din l-aħbar, imma ġa jnissel fina ċertu ferħ. Ġesù, l-ewwel ħaġa li nsibu llum fl-Evanġelju skont San Mark, tkellem fuq l-Aħbar it-Tajba. Xandar l-Evanġelju ta’ Alla – ‘L-Evanġelju’ tfisser l-Aħbar it-Tajba. U lin-nies qalilhom: “Is-Saltna ta’ Alla waslet. Indmu u emmnu fl-Evanġelju”. Emmnu fl-Aħbar it-Tajba… Read more »

Publius protector of human life – Bishop Galea-Curmi

Mass for the memorial of St Publius

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Publiju kien il-‘Protos’, bil-Grieg jiġifieri l-ewwel, il-prinċep ta’ Malta, il-mexxej. F’dan ir-rakkont mill-Atti tal-Appostli, ir-rakkont tan-nawfraġju ta’ Pawlu u sħabu hawnhekk f’Malta, Publiju joħroġ tassew b’mod sabiħ u pożittiv.

Il-ktieb tal-Atti tal-Appostli jgħid li Publiju: “laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu”. Bħalma għamlu wkoll il-Maltin li: “ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” u “laqgħuna”. Qalb it-tbatija kbira tan-nawfraġju – din is-sitwazzjoni verament kerha – joħroġ dan is-sabiħ, it-tajjeb enfasizzat mill-ktieb tal-Atti tal-Appostli fuq Publiju u l-Maltin… Read more »

We remain in his love – Bishop Galea-Curmi

Mass at the beginning of the Week of Prayer for Christian Unity

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù jitkellem fuq id-dielja u l-friegħi biex ifisser b’mod qawwi r-rabta tad-dixxipli miegħu, u għalhekk tagħna, aħna li lkoll dixxipli. Qed juri ċar li aħna għandna nkunu f’rabta intima miegħu, u minnu nirċievu l-ħajja, bħalma l-friegħi jirċievu l-ħajja mid-dielja.

Hekk biss jista’ jkollna l-ħajja, u hekk biss ikollna skop bħala dixxipli tiegħu. Fil-fatt, hu jgħid – u din hi l-esperjenza tagħna wkoll bħala dixxipli – li mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn… Read more »

Stay with me – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 50th anniversary of the Burmarrad parish

  Parish Church of the Immaculate Heart of Mary, Burmarrad

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dakinhar baqgħu miegħu.” Hekk naqraw fir-rakkont tal-Evanġelju skont San Ġwann li jurina l-ewwel dixxipli meta ltaqgħu ma’ Ġesù. Nixtieq li naħsbu fuq din is-silta, għax turina x’jiġifieri meta ngħidu li aħna dixxipli ta’ Ġesù, u x’jiġfieri wkoll il-komunità, li hi l-parroċċa, speċjalment fl-okkażjoni sabiħa li qed tiċċelebra l-ħamsin sena bħala parroċċa hawnhekk f’Burmarrad.

Dawn kienu tnejn mid-dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista, li meta ra lil Ġesù għaddej, qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla”… Read more »

A strong faith which leads to inner healing – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Żgur li kull min kien preżenti għal din il-ġrajja li jirrakkonta San Mark fl-Evanġelju tiegħu baqa’ mbellah b’dak li ra. Kien hemm dawk in-nies kollha, ġewwa u barra; imbagħad ħin minnhom fetħu s-saqaf u mit-toqba rawhom iniżżlu lill-mifluġ quddiem Ġesù. Naħseb qam għagħa sħiħ. Kienet ġurnata li żgur ma jinsewx! Speċjalment imbagħad meta dak ir-raġel li niżżluh hekk, ħareġ ’il barra mill-bieb jimxi… Read more »

The Lord frees us from the grip of the devil and our personal sin – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu ta’ San Mark tibda u tispiċċa b’kelma importanti. Tippreżenta lil Ġesù bħala wieħed li għandu s-setgħa. In-nies stess, wara li jaraw lil dak ir-raġel meħlus mix-xitan, jgħidu: “X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa” (Mk 1:27).

Il-kelma ‘setgħa’ bil-Grieg li nkiteb bih l-Evanġelju, hija magħmula minn żewġ partijiet, għandha għerq b’żewġ partijiet. Il-kelma hija egzuzija. Tgħiduli biex ġej illum? … Read more »

They abandoned their nets and followed him – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-bidu tal-ministeru tiegħu, Ġesù jagħżel xi persuni biex ikunu dixxipli, u biex minnhom jifforma l-komunità tiegħu. Fir-rakkont tal-Evanġelju tal-lum, narawh jagħżel erbgħa min-nies: lil Xmun u ħuh Indrì, lil Ġakbu u ħuh Ġwanni.

X’naraw f’din is-sejħa ta’ Ġesù? L-ewwel nett, Ġesù jsejjaħ bħala l-ewwel dixxipli nies ta’ ħajja mill-aktar ordinarja. Ma sejjaħx mexxejja reliġjużi jew politiċi, jew inkella nies għonja jew nies b’xi poter fis-soċjetà, imma għażel lil dawn: erba’ sajjieda… Read more »

Beloved sons and daughters – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of the Baptism of the Lord

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-ilma jsaffi, inaddaf u jagħti l-ħajja. Kien għalhekk li Ġwanni l-Battista kien jgħammed lin-nies bl-ilma, fix-xmara Ġordan. Kienu jiġu n-nies għandu u hu jgħammidhom bl-ilma biex ifisser il-ħajja ġdida li daħlu għaliha wara li jistqarru dnubiethom. Meta resqu għall-Magħmudija, għamlu dan biex juru dak li jsemmi l-Profeta Iżaija fl-Ewwel Qari: “Ħa jħalli triqtu l-midneb, u l-bniedem il-ħażin fehmietu: ħa jerġa’ lura għand il-Mulej u jħenn għalih, għand Alla tagħna għax hu jaħfer ħafna.”

L-ilma

Kienet ħaġa stramba li fil-kju ma’ dawn in-nies li marru biex jitgħammdu kien hemm ukoll Ġesù… Read more »