Featured
What happens on two mountains – Bishop Galea-Curmi
Mass on the Second Sunday of Lent
28/02/2021 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Malta m’għandniex muntanji. Għandna xi għoljiet. Imma min xi darba ra muntanja, u kien ħdejn muntanja, jaf l-impressjoni kbira ta’ xi ħaġa immensa, enormi, li tara quddiemek. Xi ħaġa li qisha tgħollilek ħsiebek lejn is-sema.
Fl-Iskrittura hemm mumenti partikulari meta l-muntanja hi l-post fejn Alla juri lilu nnifsu, u fejn Alla jagħti wkoll messaġġ importanti lin-nies. Pereżempju, aħna familjari mal-muntanja Sinaj, fejn Alla ta l-kmandamenti lill-poplu Lhudi permezz ta’ Mosé… Read more »
Demanding but of great benefit to our lives – Bishop Galea-Curmi
26/02/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Ġesù hu esiġenti – jitlob ħafna minna. Kliemu kultant jinstema’ iebes u diffiċli biex tgħixu. Kieku dal-kliem li smajna llum fl-Evanġelju jgħidu lil xi ħadd fi żmienna, ikun hemm min jgħidlu: taf x’qed tgħid? Taf kemm nies ma jagħtux kas dan li qed tgħid?
Imma nafu li Ġesù xorta jirrepetih lilna dan il-kliem, għax jaf li fl-aħħar mill-aħħar hu ta’ ġid għall-ħajja tagħna… Read more »
Open your hearts to the poor – The Archbishop to university students
Mass on the occasion of the 120th anniversary of KSU
25/02/2021 The Jesuit Church, VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù juża żewġ elementi min-natura u jgħid min aħna. L-identità tagħna tinġabar f’dawn iż-żewġ elementi li jsemmi Ġesù: il-melħ. Mhux se nidħol f’polemika mat-tobba li jgħidulna tiħux ħafna melħ. Wara kollox, fl-università jekk titgħallem xi ħaġa hija li tirrispetta x-xjenza. Jekk trid ikun bniedem tassew ta’ fidi, qatt m’għandek tiddisprezza l-għerf li hemm fil-ħolqien. Min huwa tassew xjenzjat jogħxa bl-istraordinarjetà ta’ dak li hemm fil-ħolqien… Read more »
Built on this rock – Bishop Galea-Curmi
Mass on the feast of the Chair of St Peter
22/02/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Minn fost l-appostli kollha li Ġesù bagħat biex ixandru l-Bxara t-Tajba, għażel lil Pietru biex ikun dak li jmexxi l-Knisja taħt il-mexxej il-kbir, li hu Kristu nnifsu. Il-Papa San Ljun il-Kbir, hu u jirrifletti fuq ir-rakkont li għadna kemm smajna fl-Evanġelju, jgħid: “Kemm hu kbir u tal-għaġeb is-sehem li Kristu għoġbu jagħti lil dan ir-raġel mis-setgħa tiegħu stess!”
Rajna lil Ġesù jistaqsi lill-Appostli dwar in-nies min jgħidu li hu… Read more »
A fast that pleases God – Bishop Galea-Curmi
19/02/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Fi żmien Ġesù, diversi nies kellhom id-drawwa li jsumu, bħalma kienu jagħmlu d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej, kif smajna fl-Evanġelju. Kienu, pereżempju, isumu darbtejn fil-ġimgħa. Mhux għax kellhom obbligu li kull darba jsumu, imma għax kienu jarawha bħala ħaġa xierqa. Xi wħud minnhom kienu wkoll jiftaħru biha. Niftakru Ġesù jgħid il-parabbola tal-Fariżew u l-pubblikan fit-tempju, u l-Fariżew meta kien qed jagħmel it-talba tiegħu lil Alla, jiftaħar, u fost l-oħrajn jgħidlu: “jiena nsum darbtejn fil-ġimgħa” (Lq 18:12)… Read more »
What God shows me during Lent – Bishop Galea-Curmi
Mass on Ash Wednesday
17/02/2021 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Ir-Randan hu ż-żmien ta’ mixja li aħna nagħmlu lejn iċ-ċelebrazzjoni tal-misteru tal-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù, iċ-ċelebrazzjoni tal-Għid li hi l-ikbar ċelebrazzjoni għalina. Hawnhekk, fil-kelma tiegħu fl-Evanġelju llum, Ġesù jurina tliet affarijiet importanti u ta’ għajnuna tul din il-mixja li se nagħmlu matul ir-Randan. Isemmi s-sawm, it-talb u l-karità.
Bis-sinċerità tal-qalb
Jgħid ħaġa tant importanti għat-tlieta li huma: li aħna, jekk se nsumu, se nitolbu u se nagħtu karità, ma nagħmlux dan biex nidhru, għal wiċċ in-nies… Read more »
A special sign – Bishop Galea-Curmi
15/02/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Bil-Malti għandna espressjoni li tgħid “jinħabbu bħal aħwa”. Nafu xi tfisser: li jkunu jinħabbu ħafna. Imma ma kinitx hekk fil-fatt l-istorja tal-ewwel żewġt aħwa li naqraw fuqhom fl-istorja tal-Ġenesi, li għadna kif smajna fl-ewwel qari: Kajjin u Abel. Żgur mhux għalihom li tgħid “jinħabbu bħal aħwa”. F’mument minnhom, Kajjin jgħid lil ħuh Abel biex joħorġu flimkien fir-raba’, u joqtlu. Minħabba l-għira, spiċċa qatlu… Read more »
Valuing the marginalised and the discarded – Bishop Galea-Curmi
Mass on the sixth Sunday in ordinary time
14/02/2021 The Parish Church of the Annunciation, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Żgur li jolqotna kemm in-nies li kienu morda bil-lebbra, fi żmien Ġesù u anke qablu, kienu nies esklużi, imwarrbin mis-soċjetà. Fil-Ktieb tal-Levitiku, fl-Ewwel Qari, hemm fil-fatt il-liġijiet li kienu jorbtu lil dawn li kienu morda bil-lebbra biex joqogħdu għalihom, ’il bogħod min-nies kemm jista’ jkun, u jekk jaraw xi ħadd riesaq lejhom, jgħajtu biex ħadd ma jersaq; kienu jgħajtu li huma mniġġsin… Read more »
The good we can do with our words – Bishop Galea-Curmi
12/02/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Fiċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija, hemm mument meta s-saċerdot imiss b’sebgħu l-widnejn u l-fomm ta’ min ikun se jitgħammed u jgħid: “Sidna Ġesù, li ta s-smigħ lit-torox u l-kelma lill-imbikkmin, jagħti lilek ukoll il-grazzja li ma ddumx ma tkun tista’ tisma’ b’widnejk il-kelma tiegħu u tilqagħha, u tistqarr bil-fomm il-fidi tiegħek biex tfaħħar u ssebbaħ lil Alla l-Missier.” Bħalissa, minħabba l-pandemija, is-saċerdot ma jmissx il-widnejn u l-fomm ta’ min ikun se jitgħammed, imma jgħid din it-talba li għandha tifsira kbira għal dak li l-magħmudija għandha tkun għalina… Read more »














