Maltese Bishops congratulate Bishop-elect of Darwin in Australia
28/06/2018-
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Mario Grech u l‑Isqof Awżiljarji‑elett Joseph Galea-Curmi jifirħu lil Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci, għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku ta’ Isqof tad‑Djoċesi ta’ Darwin fl‑Awstralja. L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida tiegħu.
Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci twieled f’Malta fil‑31 ta’ Marzu 1952 u flimkien mal‑ġenituri tiegħu emigra l‑Awstralja fl‑età ta’ 12‑il sena…