True friendship is based on love – The Archbishop
Mass on the feast of St Matthias for the repose of the soul of those who have died in recent days especially the patients of Hospice Malta
14/05/2020 The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Wieħed jifhem għaliex il-Knisja fil-festa tal-lum, il-festa ta’ San Mattija tagħżel din is-silta sabiħa ħafna mill-kapitlu 15 tal-Evanġelju skont San Ġwann anke għaliex fil-versett tal-hallelujah, qabel propju din is-silta, il-Knisja tirrepeti vers li japplika ħafna għall-każ u l-missjoni ta’ Mattija. “Jiena għażiltkom u ħtartkom” (Ġw 15:16). Ġesù anzi jinsisti li mhux aħna għażilna lilu imma hu għażel lilna.
U meta d-dixxipli, anzi l-appostli għandhom bżonn jagħżlu ’l xi ħadd minflok Ġuda l-Iskarjota, it-traditur, biex il-Kulleġġ tal-Appostli jibqa’ bin-numru 12 li kien l-ewwel nett in-numru li għażel Ġesù u fl-istess ħin kien ukoll is-sinjal tal-poplu ta’ Alla mġedded u ġdid, iqiegħdu quddiem il-providenza, quddiem ir-rieda ta’ Alla l-għażla bejn żewġ persuni li kienu t-tnejn adatti… Read more »














