During Lent let us forgive one another and ask for forgiveness from the heart – The Archbishop
Mass for the memorial of St Polycarp
23/02/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Għadna kemm smajna t-talba tant għaziża li aħna nsejħulha t-talba li għallimna Ġesù, it-talba li tgħallimna nħarsu lejn il-Missier bħala l-Missier ta’ kull wieħed u waħda minna. Ġesù m’għallimniex ngħidu ‘Missieri, li inti fis-smewwiet’ imma għallimna ngħidu “Missierna li inti fis-smewwiet”.
Tifhmu wkoll li t-talba li ngħidu ħierġa mill-Evanġelju skont San Mattew. Għandna verżjoni oħra tat-talba tal-Mulej li nsibuha fl-Evanġelju skont San Luqa imma t-talba li aħna ngħidu fil-quddiesa u meta nitolbu, b’mod speċjali anke meta nitolbu r-rużarju, hi meħuda mill-kapitlu 6 tal-Evanġelju ta’ San Mattew… Read more »














