Our Lady’s victory over death is a sign that love is always victorious – The Archbishop
Mass on the solemnity of the Assumption of the Blessed Virgin Mary
15/08/2020 The Cathedral of St Paul, MdinaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu […] Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar […] Kull nisel jibda jsejjaħli hienja” (Lq 1:48.49).
Dawn il-kelmiet li qalithom Marija ta’ Nazaret, il-mamà ta’ Ġesù, qalithom f’kuntest ta’ qadi u ta’ mħabba. L-anġlu Gabrijel kien ħabbrilha l-għażla tagħha biex tkun omm l-Iben ta’ Alla u li kellha ssejjaħlu Ġesù, imma bħala sinjal ta’ dak li kien se jagħmel fiha u magħha biex hi temmen li għal Alla m’hemm xejn li ma setax isir, ingħatat is-sinjal tal-qariba tagħha Eliżabetta li kienet diġà tqila għal sitt xhur… Read more »