Archbishop’s Homilies

The Archbishop’s advice: Take care of yourself, of others and of creation

Mass for the memorial of St Monica, patron saint of married women and mothers

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ishru mela” (Mt 24:42). Jien naħseb li Ġesù jagħmel dawn iż-żewġ tixbihat, waħda pożittiva u -oħra negattiva, biex jispjegalna li l-ħajja tagħna m’għandniex neħduha wisq alla leggera. Ħa nispjega lili nnifsi. Donnu mhu se tispiċċa qatt, donnu qatt mhu se nagħti kont ta’ ħajti.

Il-ħajja hija prezzjuża, il-ħajja sabiħa. Jekk trid tgħixha sew, għexha ta’ nies, għexha bl-imħabba… Read more »

Education helps us cleanse ourselves from the cobwebs of ignorance and the stains of prejudice – The Archbishop

Mass for the memorial of St Joseph Calasanz,patron saint of Roman Catholic schools

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif smajtu fil-bidu tal-quddiesa, is-saċerdot li qara l-Evanġelju llum huwa Dun David Borg minn Ħaż-Żabbar, li bħalissa qiegħed jagħmel is-servizz tiegħu saċerdotali fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Dun David huwa wkoll artist bravu u jalla jkompli dan it-talent ukoll fil-ħajja saċerdotali tiegħu. Nitolbu għalih, li huwa saċerdot novell, wieħed mill-10 saċerdoti ġodda li bihom berikna l-Mulej. Nawgurawlu ħafna.

Ġesù llum jagħtina tliet kelmiet li għalih huma l-iżjed valuri importanti… Read more »

The door to healing opened by St Publius for us Maltese – The Archbishop

Mass on the feast of St Publius

  Parish Church of St Publius, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ San Publiju f’ċirkustanzi partikolari. Aħna ma nistgħux ma nitolbux l-interċessjoni ta’ dan il-prinċep tal-gżira, il-protos tagħna, li l-Mulej għażlu biex juri min aħna tassew.

Fil-qalb ta’ Publiju aħna nitolbu li naraw il-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Imma l-qalb ta’ Publiju x’kienet? Il-qalb Maltija ta’ Publiju kienet il-qalb li meta tara l-proxxmu fil-bżonn tmidd l-id tal-imħabba, tal-għożża u tal-ħbiberija… Read more »

Who is Jesus for you? – The Archbishop

21st Sunday in Ordinary Time

  Chapel of St Mary Magdalen, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jibda bi djalogu fejn jistaqsi lid-dixxipli tiegħu li qegħdin f’inħawi pagani, Ċesarija ta’ Filippu, lil hinn mill-folol, u jistaqsihom x’qed jgħidu fuqu n-nies.

“Min jgħidu n-nies li hu Bin il-Bniedem?” (Mt 16:13). It-tweġiba tad-dixxipli tindikalna li l-fama ta’ Ġesù kienet fama mhux biss ta’ qdusija imma ta’ awtorità. Semmewlu ’l Ġwann il-Battista, lil Elija, lil Ġeremija, wieħed mill-profeti (Mt 16:14)… Read more »

Following in the footsteps of St Leonard: Helping and welcoming all kinds of prisoners – The Archbishop

  Parish Church of St Leonard, Ħal Kirkop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ta’ min  jistaqsi fil-festa tal-għażiż San Anard, jew San Leonardu, għaliex il-Knisja tissuġġerixxi l-Evanġelju li għadna kemm smajna. Pietru għadu kemm sema’ lil Ġesù jitkellem dwar id-diffikultà ta’ min jorbot qalbu mal-ħwejjeġ u l-għana ta’ din l-art li jidħol fis-saltna. Lil Ġesù jgħidlu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk; issa x’se jmissna?” (Mt 19:27). Ġesù ma jgħidlux kemm hu tost, imma  “Tassew ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida, meta Bin il-Bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqgħodu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-it-tribu ta’ Iżrael” (Mt 19:28)… Read more »

The gold coin the Lord gave us – The Archbishop

Mass for the memorial of St Pius X

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-motto li l-Papa San Piju X għażel għall-pontifkat tiegħu kien ispirat minn frażi tal-Appostlu Missierna San Pawl: “Inġeddu kollox fi Kristu” (instaurare omnia in Christo).

Fid-dawl tal-Evanġelju li għadna kemm smajna, u r-risposta ta’ Ġesù għal liema huwa l-ikbar kmandament fil-liġi, nifhmu li biex inġeddu kollox fi Kristu għandna direzzjoni waħda radikali u fondamentali, u din hija l-imħabba… Read more »

Jesus wants us to be affluent in love and not in material wealth – The Archbishop

Mass on the feast of St Helen's

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“L-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-saltna tas-smewwiet” (Mt 19:23).

Ħafna setet iwiegħdu lil min jidħol fihom li Ġesù għandu l-qawwa jfejjaq il-mard kollu tagħhom, jagħmilhom għonja u sinjuri u kollox se jkun jimxi ħarir, fuq ir-rubini, kif ngħidu. Ġesù, meta jgħallimna r-regola ta’ min irid jimxi warajh ma jwegħidniex la għana, la saħħa, la sbuħija, ma jwegħidniex il-frugħa ta’ din id-dinja… Read more »

Let us learn from the Canaanite woman who did not give up and insisted in her plea to the Lord – The Archbishop

Mass on the 20th Sunday in Ordinary Time

  Chapel of St Mary Magdalen, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jitlaq il-Galilija u l-Lhudija li huma t-territorju tal-poplu ta’ Iżrael u jerħilha lejn Tir u Sidon. Kienu żewġt ibliet fuq ix-xatt tal-Mediterran, iħarsu lejna jiġifieri, u kienu wkoll bliet prattikament pagani.

Ġesù jersaq lejn territorju li suppost huwa territorju ostili, li huwa territorju li m’għandux fidi fih, imma jersaq lejh. U toħroġ mara minn dawk l-inħawi, mara Kangħanija… Read more »

At this time let’s turn to Our Lady for the health of the sick, but also for the comfort of the afflicted – The Archbishop

Mass on the solemnity of the Assumption of the Blessed Virgin Mary

  The Minor Basilica of the Assumption, Mosta

Quddiesa Tal-Festa 15ta' Awwissu 2020

Posted by Mosta Parish on Saturday, August 15, 2020 L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek u int, għax hu sidek, agħtih qima” (S 44:12).

Is-salm 44 illum huwa applikat għall-mod kif iħares Alla lejn il-qaddejja tiegħu Marija ta’ Nazaret. Fil-providenza u l-ħniena kbira tiegħu mit-tnissil tagħha ħarisha mid-dnub oriġinali… Read more »

Our Lady’s victory over death is a sign that love is always victorious – The Archbishop

Mass on the solemnity of the Assumption of the Blessed Virgin Mary

  The Cathedral of St Paul, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu […] Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar […] Kull nisel jibda jsejjaħli hienja” (Lq 1:48.49).

Dawn il-kelmiet li qalithom Marija ta’ Nazaret, il-mamà ta’ Ġesù, qalithom f’kuntest ta’ qadi u ta’ mħabba. L-anġlu Gabrijel kien ħabbrilha l-għażla tagħha biex tkun omm l-Iben ta’ Alla u li kellha ssejjaħlu Ġesù, imma bħala sinjal ta’ dak li kien se jagħmel fiha u magħha biex hi temmen li għal Alla m’hemm xejn li ma setax isir, ingħatat is-sinjal tal-qariba tagħha Eliżabetta li kienet diġà tqila għal sitt xhur… Read more »