Archbishop’s Homilies

Jesus as a source of light – The Archbishop

Mass for the memorial of St Thomas Aquinas

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Wieħed mis-sinjali ta’ San Tumas d’Aquino hija li fuq is-sider tiegħu jkun hemm qisha bħal xemx tiddi ħafna. Ħafna drabi l-qaddisin nagħrfuhom b’xi sinjal li f’kull, biex ngħidu hekk, rappreżentazzjoni tagħhom, ikun preżenti biex jiddistingwihom minn qaddis ieħor.

San Tumas kien verament dawl u Ġesù fl-Evanġelju jitkellem fuq il-musbieħ li jitpoġġa mhux taħt is-sodda biex jinħeba imma fuq l-imnara (Mk 4:21)… Read more »

Let us be like St Paul and meet Jesus – The Archbishop

The Chapel of the Diocesan Vocations Centre at the Archbishop's Seminary, Tal-Virtù

  Mass on the feast of the Conversion of St Paul

Illum it-Tnejn, 25 ta’ Jannar 2021, fl-okkażjoni tal-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna ċċelebra quddiesa mill-kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, hekk kif illum ukoll, l-iskola tas-Seminarju qed tiċċelebra lil San Pawl, patrun tagħha, u Jum l-Iskola. Wara l-quddiesa u t-talba tar-Rużarju, l-Arċisqof bierek ix-xbieha tal-Madonna, Mara tal-Ħobż, impittra minn Nathaniel Theuma. Wara bierek ukoll il-librerija tal-iskola li ssemmiet għall-Prof. Oliver Friggieri li kien eks student tas-Seminarju… Read more »

“Considering the crisis we are all in, one can see the frivolity of this world but also the things that are dear to us” – The Archbishop

Mass on the eve of the feast of the Conversion of St Paul

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Lejn tmiem is-sena li għaddiet il-Papa Franġisku, bħalma jagħmel kull sena, għamel diskors lill-kollaboraturi tiegħu membri tal-Kurja Rumana. Ta’ kull sena nistennew il-kelma tal-Papa f’din l-okkażjoni għaliex f’din l-okkażjoni jirrifletti fuq l-attwalità dak li għaddejjin minnu.      

Aħna ma nistgħux ninsew li qegħdin niċċelebraw din il-festa għażiża tal-konverżjoni tal-appostlu Missierna San Pawl f’din il-pandemija. Kulħadd liebes il-maskra u kulħadd ukoll ħosbien fuq dak li se jiġrilna… Read more »

The courage in being a witness for Jesus Christ – The Archbishop

Mass for the memorial of St Agnes

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-tielet kapitlu ta’ San Mark għandna din ix-xena straordinarja ta’ folol kbar li jippruvaw jersqu lejn Ġesù. L-evanġelista San Mark jgħid li kienu jeħdulu l-morda u “dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh” (Mk 3:10).

In-nies kienu insistenti li jmissu lil Ġesù. San Mark ma jagħtiniex teoloġija kbira tal-Iben ta’ Alla li sar bniedem imma kemm-il darba jagħtina xeni fejn in-nies jew iridu jmissu lil Ġesù jew Ġesù stess imidd idu biex imiss u jfejjaq lil xi ħadd… Read more »

God does not forget the love we show to one another – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna fil-bidu tal-Evanġelju skont San Mark u mill-ewwel jibda argument kbir li jwassal ’l Ġesù għal fuq is-salib: il-libertà li kellu li jipproteġi l-bniedem u jpoġġi fit-tieni post il-Liġi tas-Sibt.

Il-Liġi tas-Sibt kienet liġi importanti ħafna għall-poplu Lhudi – għadha sallum – għaliex fil-jum tas-Sibt Alla strieħ u allura l-bniedem ukoll huwa msejjaħ li jistrieħ, eżempju ma stajtx tagħmel xogħol ta’ ħsad… Read more »

Three words St John gives us today – The Archbishop

Mass on the second Sunday in ordinary time

  The Church of St Catherine, Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju skont San Ġwann fiha dizzjunarju żgħir. Ġwanni kien qed jikteb għall-komunità li bħalna ma kinitx komunità Lhudija u allura kellu bżonn ifisser xi kelmiet li l-Poplu ta’ Alla, il-poplu Lhudi, kien jaf ħafna imma li l-popli l-oħrajn kellhom bżonn jifhmu biex japprezzaw min hu Ġesù.

L-ewwel nett nixtieq nagħti u noffri riflessjoni qasira fuq dak li jgħid San Ġwann il-Battista… Read more »

“There is a price to pay for every good action” – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawn huma ħames versi kommoventi, huma l-aħħar ħames versi tal-ewwel kapitlu ta’ San Mark. Dan l-Evanġelju, li fih 16-il kapitlu, huwa Evanġelju rikk għalkemm huwa l-iqsar Evanġelju, imma wkoll Evanġelju dirett ħafna. Għaliex San Mark għażel li jpoġġi dan ir-rakkont propju fl-ewwel kapitlu, propju fit-tmiem tal-ewwel kaptlu? Xi jrid jgħidilna b’din l-għażla li jpoġġi l-fejqan tal-lebbruż propju fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu? … Read more »

The Lord frees us from the grip of the devil and our personal sin – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu ta’ San Mark tibda u tispiċċa b’kelma importanti. Tippreżenta lil Ġesù bħala wieħed li għandu s-setgħa. In-nies stess, wara li jaraw lil dak ir-raġel meħlus mix-xitan, jgħidu: “X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa” (Mk 1:27).

Il-kelma ‘setgħa’ bil-Grieg li nkiteb bih l-Evanġelju, hija magħmula minn żewġ partijiet, għandha għerq b’żewġ partijiet. Il-kelma hija egzuzija. Tgħiduli biex ġej illum? … Read more »

Immersed in God – The Archbishop

Mass on the feast of the Baptism of the Lord

  The Church of St Gregory, Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jibda b’kelma qawwija ta’ Ġwanni l-Battista: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu” (Mark 1:7-8).

L-ewwel nett ejjew nifhmu xi tfisser il-kelma ‘magħmudija’. Fil-Grieg, li bih inkiteb il-Evanġelju, hemm il-kelma ‘baptizzo’ li tiffser li tgħaddas xi ħaġa jew lil xi ħadd… Read more »