Il-bibien li fetħitilna l-ġenerożità ta’ Publiju – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa ta' San Publiju
18/04/2021 Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
F’Ħadd il-Għid, il-Mulej Rxoxt juri lilu nnifsu lil Marija Maddalena li tmur tavża lill-ħdax u d-dixxipli: “il-Mulej qam tassew”. Tnejn minnhom jitilqu minn Ġerusalemm. L-aħbar li semgħu ħawdithom u ma ġabitilhomx paċi f’qalbhom. Jerħulha għal għonq it-triq lejn villaġġ jismu Għemmaws; il-Mulej ma jabbandunahomx imma jissieħeb magħhom u huma ma setgħux jagħrfuh. Ġesù jibda jispjegalhom l-Kelma ta’ Alla u xħin jaslu qrib il-villaġġ jagħmel tabirruħu li se jkompli fit-triq u jgħidulu: “Ibqa magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm” (Lq 24:29)… Read more »














