We need to provide the needed support to women in crisis pregnancy – The Archbishop
Mass on the Solemnity of The Most Holy Trinity
30/05/2021 The Chapel of Our Lady of Miracles, Ħal LijaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-isem huwa xi ħaġa tassew għażiża. Il-ġenituri, huma u jippreparaw biex ikolhom tarbija, jagħtu ftit ħsieb ukoll dwar x’se jsemmu lit-tarbija. Illum Ġesù jgħidilna x’jismu Alla. Meta lid-dixxipli jibgħathom jagħmlu dixxipli oħra u jgħammduhom, jgħidilhom: “Għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu” (Mt 28:19). F’isem Alla! L-isem li jagħtina ta’ Alla huwa l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Fil-fatt aħna nitgħallmu miċ-ċokon nagħmlu kollox fl-isem ta’ Alla: fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu… Read more »