Archbishop’s Homilies

Love is the reward for those who do good and don’t expect anything in return – The Archbishop

  The Parish Church of St Lawrence, Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel talba li l-Appostli għamlu fl-Evanġelju tal-lum tkun ukoll it-talba tiegħi u tiegħek. X’jgħidulu lil Ġesu l-appostli ħbieb tiegħu? X’jitolbuh? Ma jitolbuhx ħafna flus. Kieku intom titolbuh forsi ħafna ġugarelli jew ħafna logħob. Jgħidulu: “Kattar fina il-fidi” (Lq 17:5).

Imma din xi tfisser din it-talba? X’inhi l-fidi li l-appostli jixtiequ li tikber fihom?

L-ewwel nett biex ikollok il-fidi trid tagħraf li hemm xi ħadd iħobbok ħafna għaliex il-fidi tibda milli jiena nagħraf li Alla jħobbni, u meta nagħraf li Alla jħobbni jiena nafdah, nobdih u nħobbu… Read more »

Be servants of justice, not blind instruments of the law – The Archbishop

Mass on the opening of the Forensic Year

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-ħaqq ikun bla ħniena għal min li ma jurix ħniena u l-ħniena tirbaħ fuq il-ħaqq” (Ġak 2:13). Din il-kelma qawwija mill-Ittra ta’ San Ġakbu tipprova tagħmel żwieġ bejn l-eżiġenzi tal-ġustizzja u l-ħniena. Din hi x-xewqa tiegħi għalikom, fil-bidu tas-Sena Forensi, għeżież membri tal-ġudikatura, staff tal-qrati tagħna, avukati.

Il-ġustizzja għandha l-eżiġenzi tagħha: li kulħadd jieħu dak li ħaqqu u li l-ġudikatur meta jiġġudika, kif jgħid ukoll San Ġakbu, ma jħarisx lejn l-uċuħ… Read more »

Let our welcome be always sweet and welcoming – The Archbishop

Message for the 60th anniversary of diplomatic relations between Malta and the Holy See

  The Nunciature, Tal-Virtù, Rabat

(Photo: Archdiocese of Malta: Ian Noel Pace)

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

Your Excellency, President of the Republic of Malta, Your Grace Nuncio, Your Excellencies, dear friends, thank you for your presence here, thank you for your invitation, Archbishop Hon Tai-Fai.

We would like to renew our fidelity to the Holy See, but also our gratitude for the 60 years of diplomatic relations between Malta and the Holy See… Read more »

Ensure your mission is to watch over and care for citizens – The Archbishop

Mass for the Jubilee of Disciplined Forces

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli nislet riflessjoni qasira, l-ewwel għalina personali mbagħad għalikom bħala korpi dixipplinati tal-pajjiż, mit-tliet ismijiet tal-Arkanġli li qed niċċelebraw illum.

Illum qegħdin nagħmlu l-festa, bħalma nagħmlu kull 29 ta’ Settembru, lill-Arkanġlu San Mikiel, l-Arkanġlu Gabrijel, u l-Arkanġlu Rafel. L-ismijiet tagħhom ifissru l-missjoni li Alla fdalhom. Mikiel ismu jfisser ‘min hu bħal Alla – Mikhael’, Gabrijel ifisser ‘il-qawwa ta’ Alla’ u Rafael ifisser ‘il-mediċina t’Alla’ jew  ‘Alla jfejjaq’… Read more »

Be an ambassador of God’s Love -The Archbisop

Mass on the beginning of the pastoral work of Fr Paul Bugeja OFM Cap. as parish priest of Holy Trinity parish

  The Parish Church of the Holy Trinity, Marsa

Ritratt: Arċidjoċesi: Ian Noel Pace L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Fr Paul, int u tibda uffiċċjalment din il-missjoni tiegħek bħala ragħaj ta’ din il-parroċċa ddedikata lil Alla, it-Trinità Qaddisa. Nawguralek li din il-Kelma t’ Alla li tħabbret fuqek illum ikollok l-umiltà, il-kuraġġ u l-għerf li tgħixha.

Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Inti li qed tagħti ħajtek bis-sinjal tal-ubbidjenza lejn is-superjuri tiegħek, lejn l-isqof, imma wkoll qed tilqa’ dan il-poplu li inti tiegħu ragħaj u hu qed jilqgħek bil-ferħ u anke b’tant disponibbiltà… Read more »

The Archbishop during a religious profession: Sow love wherever you go

  The Church of Our Lady of Loreto, Tal-Pietà

Ritratt: Sr Michaela Paris L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

‘Kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru.’ (Lq 16:20) Hekk jgħid Ġesù dwar dan il-fqir li kellu ġismu ġerħa waħda u li fir-rakkont tiegħu Ġesù jagħzel li jagħtih l-isem ta’ Lazzru.

Lazzru għal Ġesù kien isem għażiż għax kien l-isem ta’ wieħed mill-ħbieb għeżież tiegħu. Lazzru ħu Marija u ħu Marta kien wieħed min dawk li Ġesù kellu intimita` kbira magħhom u meta qed jirrakonta l-parabbola tal-għani u l-fqir, lill-fqir jagħtih isem; jagħtih l-isem tal-ħabib għażiż tiegħu, Lazzru… Read more »

Your future: you reap what you sow – The Archbishop

Mass on the 26th Sunday of Ordinary time

  The Parish Church of Our Lady of Lourdes, Paola

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jgħid din il-parabbola, lill-kapijiet, lill-Fariżej. Imma llum din il-kelma tkellem ukoll lill-qalb tiegħi u tiegħek. Xi jrid jgħid Ġesù b’din il-parabbola? L-ewwel nett jitkellem dwar żewġ persuni: wieħed għani, li m’ għandux isem; Ġesù ma jagħtix isem lil dan l-għani. Donnu dan l-għani jidditermina r-realtà u l-identità tiegħu bil-flus u l-għana li għandu.

Imma lill-fqir, Ġesù jagħtih isem – Lazzru – li jfisser “il-Mulej iħenn għalik u jgħinek.” Tgħiduli, imma dan il-fqir li Ġesù semmieh Lazzru, ma tantx sab min jgħinu u min iħenn għalih! … Read more »

Our Mother Mary is always with us at every moment of life – The Archbishop

Mass on the feast of Our Lady of Grace

  The Sanctuary of Our Lady of Divine Grace, Ħaż-Żabbar

Photo: Daniela Muscat L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Għax jekk minħabba fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja u d-don tal-ġustizzja għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed li hu Ġesù Kristu” (Rum 5:17).

Din il-kelma li għadna kemm smajna mill-Appostlu Missierna San Pawl lir-Rumani, tiddikjara bla tlaqliq  li l-esperjenza ta’ Ġesù , għalina li nemmnu u li nħobbuh minkejja d-dgħufija tagħna, hija esperjenza ta’ grazzja… Read more »

St Gregory a humble man and wise leader

Mass on the feast of St Gregory the Great

  Parish Church of St Gregory the Great, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kienet is-sena 594 u l-belt ta’ Ruma sfat milquta mill-pesta. Pesta qerrieda li bdiet tħalli ħafna vittmi. Id-djaknu Girgor li kien ikkonverta, biddel id-dar ta’ niesu fuq l-għolja taċ-Ċedron, f’monasteru ddedikat lil Sant’ Andrija. Iddeċida bl-awtorità li kellu bħala djaknu tal-belt ta’ Ruma, li jagħmel purċissjoni penitenzjali minn Santa Marija Maggiore sa fuq il-Bażilika li kien bena Kostantinu fuq il-qabar ta’ San Pietru… Read more »

Our Lady of Victory: intercession in our lives through the centuries – The Archbishop

Mass on the feast of the Nativity of the Blessed Virgin Mary

  Collegiate Church of the Nativity of the Virgin Mary, Naxxar

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-arblu tar-razza ta’ Ġesù, skont l-Evanġelju ta’ San Mattew, jikkonċerna l-Iben t’Alla magħmul bniedem fil-ġuf ta’ Marija ta’ Nazaret. Hu bin David u bin Abraham, mhuwiex l-arblu tan-nisel ta’ Marija, imma huwa ta’ Ġużeppi. Marija tidħol f’dan l-arblu tar-razza għax hi mwiegħda bħala għarusa ta’ Ġużeppi, bin David u bin Abraham.

Il-festa tat-twelid tal-Madonna

Illum niċċelebraw it-twelid tagħha u nħarsu lejn dak li fehmu missirijietna meta għażlu li jiċċelebraw it-twelid tal-Omm… Read more »