Archbishop’s Homilies

Appreciating the wisdom our grandparents share – The Archbishop

Mass on the first World Day for Grandparents and the Elderly

  The Parish Church of St Anne, Marsascala

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm hu sabiħ il-versett li qrajna fis-salm ta’ dan is-17-il Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena: “Iftaħ idek, Mulej, ferraħna bil-ġid li tagħtina” (S144:16). Minn dan il-Ħadd bdejna naqraw kapitlu sabiħ mill-Evanġelju ta’ San Ġwann. Għalkemm il-Ħdud ta’ din is-sena huma ddedikati lill-Evanġelju ta’ San Mark, li huwa Evanġelju qasir, f’dawn il-Ħdud li ġejjin se nieqfu ftit minn San Mark u naqraw minn kapitlu 6 mill-Evanġelju ta’ San Ġwann li jibda propju jibda bir-rakkont ta’ Ġesù li jkattar il-ħobż u l-ħut li offrielu tifel u tema’ 5,000 raġel u lil kull min kien hemm magħhom… Read more »

An invitation to open up to a reality beyond what is visible – The Archbishop

Inauguration of the oratory restoration project at the Co-Cathedral and the opening of the Caravaggio Wing

  St John's Co-Cathedral, Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Membri Parlamentari, Rev. Prof. Emmanuel Agius, il-membri kollha tal-Kunsill tal-Fondazzjoni, membri tal-Kapitlu Metropolitan, Sinjura Kuratriċi, Sindku, rappreżentanti ta’ Heritage Malta, Supretendent tal-Beni Kulturali Kurt, u tant personalitajiet distinti, merħba u grazzi tal-preżenza tagħkom.

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-kelliema ta’ qabli talli wrewna propju dak li qed nistennew li naraw illejla: ambjenti li reġgħu ħadu l-ħajja fis-sbuħija kollha tagħhom… Read more »

Jesus’ family includes all those who do the will of the Father – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ejjew nimmaġinaw ftit lill-Madonna, lil Marija ta’ Nazaret tisma’ dan il-kliem ta’ Ġesù. Jekk ma semagħtux direttament għax baqgħet barra d-dar fejn kien Ġesù, żgur wassluhulha. Ikun hemm min iwassalulha b’iżjed aċċent.     

“Min hi ommi? Min huma ħuti?” (Mt 12:48). Hu kliem li mad-daqqa t’għajn jinstema’ iebes fil-konfront ta’ Marija ta’ Nazaret, il-mamà tiegħu u anke tal-qraba tiegħu li l-Evanġelju jirreferi għalihom dejjem bħala l-aħwa ta’ Ġesù, ħutu… Read more »

Patience is the language of love – The Archbishop

Mass on the 100th anniversary of the founding of the Bidnija Church

  The Church of the Holy Family, Bidnija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Mitt sena ilu, intom in-nies tal-Bidnija, missirijietkom, inawguraw din il-knisja li kienu bnew b’idejhom stess. Ħallsuha minn buthom, u għal żmien kienet magħrufa ‘l-Knisja tal-Mitt Lira’. Imma din il-knisja ħelwa tiġbor fiha, dedikata lill-Familja Mqaddsa, il-fidi tagħkom, u t-talba li tagħmlu llum lill-Mulej. Tiġbor il-fidi tagħkom għaliex komunità, li tagħti ħajjitha biex tibni knisja; mhux qed tibni dar, fejn dak li jkun joqgħod u jgħammar mal-familja tiegħu… Read more »

The installation ceremony of Papàs Martin Zammit

Installation ceremony of Papàs Martin Zammit as parish priest of the Greek-Catholic Church of Our Lady of Damascus parish

  The Church of St Nicholas, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Insellem lil kull min qiegħed isegwina permezz tal-mezzi tax-xandir u lill-komunità Griega-Kattolika li qed tiltaqa’ hawnhekk illum biex tagħti merħba lill-Kappillan, il-Papàs il-ġdid tagħha Fr Martin Zammit

L-Evanġelju li għadna kemm smajna, li huwa fiċ-ċiklu tal-qari li titlob il-Knisja bir-rit Biżantin, huwa mill-kapitlu 5 ta’ San Mattew. “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba” (Mt 5:14)… Read more »

Thirsting for God – The Archbishop

Mass on the feast of Our Lady of Mount Carmel

  The Minor Basilica of Our Lady of Mount Carmel

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-ewwel qari ta’ din il-festa solenni tal-Madonna tal-Karmnu smajna silta minn kapitlu 18 mill-ewwel ktieb tas-Slaten. Is-silta tirrakkonta dak li ġara meta Elija tela’ fuq il-quċċata tal-Karmelu, dan il-grupp ta’ muntanji li jħarsu lejn il-Mediterran, u nxteħet fl-art, u qiegħed wiċċu bejn għarkupptejh (1 Slat 18:42) u beda jitlob. X’kien ġara?

Il-Mulej kien inkwetat b’dak li kien qed jagħmel il-poplu għażiż tiegħu, u lill-profeta tiegħu qallu: “Ma tagħmilx xita sakemm inti ma tagħtix il-kelma tiegħek għax inti bagħtek tkellimhom f’ismi”… Read more »

There is great strength in empathy and compassion – The Archbishop

Mass on the memorial of St Bonaventura

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hi silta qasira ħafna din, minn kapitlu 11 ta’ San Mattew. Hi waħda mis-siltiet tal-ikbar faraġ li nsibu fl-Evanġelji. L-ewwel nett Ġesù ma jbiegħed lil ħadd. Kultant aħna naħsbu li rrabjat magħna, li għandu l-geddum magħna. “Ejjew għandi” (Mt 12:28). Ta’ min nieqfu fuq din l-istedina ta’ Ġesù. M’hemmx għalfejn tistaħbew meta nkun għaddej jien: Ejjew għandi. Lil min qed jistieden? … Read more »

The Archbishop asks: What are our responsibilities as a society?

Mass on the memorial of St Henry

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jkellem lill-ibliet. Interessanti li jagħżel ibliet li fihom għamel ħafna mirakli. Ovvjament għamel il-mirakli għax sab il-fidi tan-nies, b’mod speċjali l-morda, dawk li kienu maħkuma mill-qawwa tax-Xitan, il-fqar. Jitkellem dwar Korożajn, jitkellem dwar Betsajda, li diversi dixxipli kienu minn din il-belt. Ġwanni u Ġakbu, Indrì u Xmun kienu minn Betsajda. Kafarnahum kienet il-belt fejn imbagħad għex Pietru, fejn Ġesù ppriedka ħafna u kellimna dwar l-Ewkaristija li nsibu fil-kapitlu sitta ta’ San Ġwann… Read more »

Making choices that are based on legality, justice and integrity – the Archbishop on Police Day

Mass on Police Day

  The Co-Cathedral of St John, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 10 ta’ San Mattew miktuba f’kuntest speċjali ħafna: il-kuntest meta l-komunità Nisranija kienet għaddejja minn persekuzzjoni l-iżjed ħarxa. It-twemmin f’Ġesù kien qed jifred il-familji, iwassal għall-mewt, joħloq inkwiet u kultant ukoll kunflitt. Il-kelma ta’ Ġesù tiġi mfakkra f’dan il-kuntest, kuntest ta’ għażla li mhix dejjem faċli. Bħal min irid jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin.

M’ilux kont qed naqra ktieb ‘Dying to live’ ta’ Danielle Vella, li jġib rakkonti ta’ diversi refuġjati u migranti… Read more »

Be the oil that the Lord pours onto your community – The Archbishop

Mass at the beginning of the pastoral work of Fr Joseph Mamo OFM Conv. as parish priest of St Paul's Bay parish

  The Parish Church of Our Lady of Sorrows, St Paul's Bay

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù kien għamel l-esperjenza tal-missjoni tiegħu, u beda jgħallem u jfejjaq. Fl-Evanġelji tal-Ħdud li għaddew, rajna lil Ġesù jterraq fil-Galilija, ifejjaq u saħansitra jqajjem mill-imwiet lit-tifla ta’ Ġajru. Illum mar fir-raħal fejn trabba u jħoss li ma jilqgħuhx. L-urġenza li jwassal l-aħbar it-tajba tas-saltna tal-Missier hi qawwija ħafna; u jagħżel li jsieħeb miegħu wħud mid-dixxipli, minn dawk li kienu qegħdin isegwuh, li l-komunità bdiet issejħilhom it-Tnax, “u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena” (Mk 6:7)… Read more »