Lord cleanse us from all frivolities – Archbishop
15/03/2022 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù jitkellem dwar it-tmexxija, it-tmexxija anke fil-Knisja. Ħafna affarijiet li hu jilmenta dwarhom insibuhom ukoll fostna, fil-qalb tagħna. U aħna nitolbu f’dan il-jum tar-Randan biex il-Mulej isaffina minn kull frugħa, dik li l-Papa Franġisku jsejjaħlu l-ispirtu tal-mondanità, l-ispirtu tad-dinja li jitħallat mal-affarijiet qaddisa, ħallata ballata, u jitbiegħed mit-tagħlim ta’ Ġesù.
Imma ħaġa li ta’ min naħsbu ħafna fuqha, l-aħwa, hi propju l-mod kif inħarsu lejn xulxin u niġġudikaw lil xulxin għax dan l-Evanġelju jsegwi fuq dak li smajna anke lbieraħ meta qalilna: “tiġġudikawx u ma tkunux iġġudikati; tikkudannawx u ma tkunux ikkundannati” (Lq 6:37)… Read more »













