Archbishop’s Homilies

St Joseph teaches us respect – The Archbishop

Mass and book inauguration of 'Sliem Għalik Ġużeppi Bin David' by Fr Martin Mamo

  The Parish Church St Joseph, Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jitkellem fuq qaddej fidil u għaqli. Il-Papa Franġisku, meta tana dokument sabiħ fuq San Ġużepp għal din is-sena ddedikata lilu, ħin minnhom jgħidilna li Ġesù tgħallem xi tfisser il-fedeltà u xi jfisser l-għaqal li hu nnota kif kienu jgħixu Marija u Ġużeppi. Kif tgħallem ukoll il-bżulija, l-onestà, is-sens tal-ġustizzja li jmur lil hemm mil-liġi. U nimmaġinah meta kiber u qed jipprova jgħallem lid-dixxipli tiegħu kif tkun qaddej fil-komunità, nimmaġinah jaħseb f’ommu u f’dak li għad-dinja kollha kien missieru: San Ġużepp, il-qaddej fidil u għaqli… Read more »

The price we pay to follow Jesus – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

M’aħniex imdorrijin nisimgħu lil Ġesù jitkellem iebes bħalma nsibuh fl-Evanġelju tal-lum. Dan għaliex anke t-tislima tiegħu bħala l-Irxoxt hija “il-paċi magħkom” u fl-Evanġelju ta’ San Ġwann kemm-il darba jgħidilna “nagħtikom il-paċi tiegħi”. Din aħna nfakkruha f’kull quddiesa. Minn hawn u ftit ieħor se ngħidlkom “il-paċi tal-Mulej tkun dejjem magħkom, agħtu l-paċi lil xulxin”. Anke għaliex infakkru li din il-paċi, li fil-liturġija ngħidulha ‘sliem’ jew ‘paċi’, għandna żewġ kelmiet, hija verament don kbir ta’ Alla… Read more »

It is good to yearn for heaven, but we can live heaven here and now – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadu jidwi f’moħħna u qalbna l-kliem ta’ Ġesù li smajna fl-Evanġelju tal-Ħadd li għadda: “Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu għall-kotra” (Mk 10:45).

Din ix-xbieha Ġesù ma japplikahiex biss għall-ħajja tiegħu fostna, ma japplikax biss għall-ħajja tagħna bejnietna. Fil-ħasil tar-riġlejn, ewl il-lejl qabel ma bata, hu wera lid-dixxipli l-istil ta’ kif jgħixu flimkien u qalilhom: “Jiena li jiena l-Imgħallem u s-sid għamiltilkom hekk; għamlu hekk lil xulxin” (Ġw 13:14)… Read more »

Walking together as one Church on one journey – The Archbishop

Mass on the opening of the Synod of Bishops in the Archdiocese of Malta

  The Sanctuary of Our Lady of Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Id-dixxipli ta’ Ġesù kienu bnedmin bħalna. Ħafna drabi ninsewha din għax għalina huma kollha qaddisin,  ħlief wieħed li spiċċa naqra ħażin, u nsejħulhom San Bert u Sant’Andrija u San Pietru. Imma l-qdusija tagħhom kienet mixja. L-Evanġelju tal-lum jitkellem propju f’mument fejn tnejn minnhom jixtiequ li jkollhom post importanti fis-saltna ta’ Ġesù. Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, jinsistu miegħu: “Dak li nitolbuk irriduk tagħmilulna”  (Mk 10:35)… Read more »

Your presence on the streets of Gwardamanġa must be a sign of God’s presence – The Archbishop

Mass at the beginning of the pastoral work of Father Joseph Zahra OP as parish priest of Gwardamanga Parish

  The Shrine of Our Lady of Fatima, Gwardamanġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha” (Ġw 19:26). Il-ħarsa ta’ Ġesù lejn ommu minn fuq is-salib hi ħarsa ta’ mħabba; bħalma hi ħarsa ta’ mħabba lejn id-dixxiplu, li l-Evanġelista stess jgħid: “lid-dixxiplu li kien iħobb” (Ġw 19:26). Ejjew nirrealizzaw li f’dan il-mument ta’ agonija, ta’ diffikultà u ta’ tbatija enormi, din hi l-magħmudija li Ġesù xtaq li l-Missier jevitalu… Read more »

Leading our neighbour to Jesus – The Archbishop

Mass for the memorial of St Callistus

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dak li smajna fl-Evanġelju tal-lum hija preokkupazzjoni kbira li dejjem qiegħda mal-Knisja u Ġesù jesprimiha f’din ix-xbieha tal-muftieħ li l-għorrief tal-liġi — illum ngħidulhom il-kanonisti (dawk li jistudjaw il-liġi tal-Knisja wkoll) — jgħidilhom: “Intom ħtaftu l-muftieħ tal-għerf, biex imbagħad intom stess ma dħaltux u żammejtu lura lil min ried jidħol!” (Lq 11:52) Il-muftieħ jiftaħlek l-għerf imma l-għerf jibda mill-qalb tal-bniedem… Read more »

The recipe for a pure heart – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħtina riċetta sabiħa għal qalb safja. Mhix kwistjoni ta’ kif nidhru, mhix kwistjoni ta’ x’jaħsbu fuqna n-nies. Dak kollu hu li jidher minn barra, imma hu l-qalb, il-qalb li Alla jafha, jaraha. Ħin minnhom jgħid: “U Missierkom li jara fil-moħbi, iroddulkom”. “Agħtu karità minn dak li hemm ġewwa, minn qalbek u taraw kif kollox ikunilkom nadif” (Lq 11:41).

L-Iskrittura wkoll tgħid li l-imħabba, il-karità, l-għajnuna lill-fqar tgħatti ħafna dnubiet… Read more »

Are you willing to share what you have with others? – The Archbishop

Mass on the 27th Sunday in Ordinary Time and on Grandparents Day

  The Shrine of Our Lady of Atocia (Tas-Samra), Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan ir-raġel li ltaqa’ ma’ Ġesù kien raġel tassew twajjeb; kien raġel għani, kif jgħidilna l-Evanġelju ta’ San Mark li għadu kemm qara Fr Andrew. Imma kellu wkoll l-għatx għall-ħajja ta’ dejjem. “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” (Mk 10:17). Donnu dan ir-raġel, għalkemm kien raġel li kellu ħafna flus, kellu x’aktarx għelieqi u ġid, kien jaf li din il-ħajja mhux għal dejjem, hemm ħajja li ma tispiċċa qatt, il-ħajja ta’ dejjem… Read more »

You are called to be the pastor of this tiny community with deep roots in history – The Archbishop

Mass on the beginning of the pastoral work of Fr Mario Tong as archpriest of Mdina parish

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Qaddis hu t-tempju ta Alla, li huwa intom” (1 Kor 3:17). Dan it-tempju li ġie kkonsagrat bħal-lum mill-Isqof predeċessur tiegħi Cocco Palmieri hu sinjal ta’ dak li hu aħna. Hu tempju mibni mill-ġebel, imżejjen bl-isbaħ irħam u b’dak kollu li l-arti tista’ toffri, imma jibqa’ sinjal tat-tempju ta’ Alla li hu aħna.

Dan it-tempju ġie kkonsagrat wara li l-katidral li kien hemm qabel li ġarrab ħsarat kbar fit-terremot tal-1693 u b’xi mod hu sinjal ukoll ta’ kemm-il darba aħna niġġarrfu u l-Mulej jerġa’ jqajjimna fuq saqajna… Read more »

A fraternity is not only a matter of emotion and intention, but it is also a decision – The Archbishop

Mass on the occasion of the founding of the fraternity Jesus and Mary

  The Parish Church of St Anne, Marsaskala

“Ilkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, Omm Ġesù u ma’ ħutu.” (Atti 1:14). Fl-ewwel kapitlu tal-Atti tal-Appostli, it-tieni ktieb li tana Luqa, ktieb għażiż għalina, għax fl-aħħar kapitlu tiegħu, fil-kapitlu 28 tissemma Malta, u jissemmew il-Maltin flimkien ma’ Publiju. Fil-bidu ta’ dan il-ktieb, Luqa jiġbor l-esperjenza qawwija ta’ fraternità li kienu jgħixu l-appostli u d-dixxipli. U juża din l-espressjoni ‘lkoll qalb waħda’… Read more »