Mary, the new Eve leading us to the Son of the Living God
Mass on the 8th day of the Octave of the Assumption dedicated to life
07/08/2025 Cathedral of the Assumption, Victoria, GozoRitratt: Facebook/Gozo Cathedral L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, Ġesù jaċċetta l-istqarrija tal-fidi ta’ Xmun bin Ġona, ta’ Pietru, imma fl-istess ħin iwiddbu meta jifhem li Pietru għad baqgħalu x’jitgħallem. Alla jnebbaħ lil Pietru biex jagħraf li Ġesù hu l-Messija. “Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. Qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj” (Mt 16:15-16).
Dik kienet risposta tajba, il-konferma tal-identità ta’ Ġesù u Ġesù jilqa’ din l-istqarrija tal-fidi li mhix biss ta’ Pietru imma tal-Knisja wkoll… Read more »














