Archbishop’s Homilies

Peace is priceless – The Archbishop

Mass on the Seventh Sunday in Ordinary Time

  Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna minna nsibu din il-paġna tal-Evanġelju forsi waħda mill-itqal, mhux biex nifhmuha, imma biex nagħmluha. Għaliex aħna nifhmu li l-liġi, li Ġesù jippreżenta bħala l-punt tat-tluq, diġà hi raġonevoli ħafna: “għajn b’għajn, sinna b’sinna” (Mt 5:38).

Din il-liġi antika li nsibu fir-Rabta l-Qadima kienet diġà liġi li tgħidlek: jekk xi ħadd ħadlek għajn ma taqtagħlux rasu, għajn b’għajn… Read more »

A sign of a community that gathers together and creates beauty – The Archbishop

Inaugural speech on the second phase of the new ceiling paintings at the Senglea Parish Church

  The Basilica of the Nativity of Mary, Senglea

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq ningħaqad mas-sentimenti ta’ gratitudni tal-Arċipriet, u ħadt pjaċir ukoll nisma’ din il-litanija ta’ tant nies ġenerużi, li l-ħidma tagħhom għenet biex wasalna għal dan il-jum memorabbli. Xejn ma jsir f’daqqa, u ħadd ma jagħmel xejn waħdu. Jekk hemm sinjal ta’ komunità li tinġabar flimkien u toħloq is-sbuħija, dan hu eżempju sabiħ.

Il-Papa jixtieq proċess kontinwu ta’ mixja flimkien… Read more »

Welcome the Lord’s blessings to be truly happy – The Archbishop

Sunday Mass during which the ministry of lector was given to a seminarian

  The Parish Church of the Risen Christ, Pembroke

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Irridu ngħidu li hi okkażjoni sabiħa ħafna f’din il-parroċċa li wieħed minn uliedha llum qed jiġi ppreżentat mill-komunità u quddiem l-isqof u l-Knisja biex jiġi istitwit lettur: jibda jaqra b’mod uffiċjali l-Kelma t’Alla fil-komunità fil-preparazzjoni tiegħu anke biex ’il quddiem ikun kandidat uffiċjali għall-ordni sagri kif inhu u jirċievi d-djakonat u l-presbiterat. Għażiż Matthew, aħna nitolbu ħafna għalik.

Fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jagħtina l-ewwel nett l-identity card tiegħu għax il-barkiet li jagħtina – u dan hu tagħlim sabiħ kemm tal-Papa Franġisku kif ukoll tal-maħbub u mibki Papa Benedittu – fil-barkiet li jagħti l-ewwel nett Ġesù jitkellem fuqu nnifsu għax dak li jitlob minna Ġesù, hu l-ewwel wieħed li jagħmlu… Read more »

The Archbishop asks: whose witnesses are we?

Mass on the feast of the Conversion of St Paul

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Sawl, Sawl għaliex qiegħed tippersegwitani?” (Atti 22:7). Din hi l-ewwel kelma li l-appostlu Missierna, li aħna nafuh ukoll bit-tieni isem tiegħu Pawlu, isem Ruman li jissieħeb mal-isem Lhudi Sawlu li x’aktarx ingħata fiċ-ċirkonċiżjoni tiegħu ta’ tmint ijiem, dan hu l-ewwel kliem li jisma’ mingħand Ġesù.

L-ewwel nett hu kliem personali ħafna. Ġesù lil dan ir-raġel isejjaħlu b’ismu. U l-isem ifisser li Ġesù għandu għatx kbir li jidħol fi djalogu dirett ma’ dan ir-raġel… Read more »

We need to make an act of faith on the power of Jesus – Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Photo by Pixabay from Pexels L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu: għadna fl-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark. Huwa Evanġelju li ma jagħtina xejn dwar it-twelid ta’ Ġesù u lanqas it-tfulija ta’ Ġesù. L-Evanġelju ta’ San Mark jibda bi Ġwanni l-Battista u bil-Magħmudija tal-Mulej. Għadna fl-ewwel kapitlu u nindunaw mill-ewwel il-bidu ta’ dik li aħna nsejħulha l-ħajja u l-ħidma pubblika ta’ Ġesù… Read more »