The Lord is encouraging us to have faith in him – The Archbishop
10/03/2022 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù jkompli jgħallimna fuq it-talb; u jgħallimna l-fiduċja fuq it-talb. Ħafna drabi, meta jkollna sitwazzjoni diffiċli, bħalma hi din l-invażjoni terribbli u kiefra tal-Ukrajna; u aħna ngħidu ħa nitolbu. Dak li jkun jista’ jiddarras u jgħid: ‘issa x’se nagħmlu bit-talb, mela t-talb għandu xi saħħa kontra l-armamenti?’ Irridu nammettu li dawn iċ-ċirkostanzi jpoġġuni fi kriżi ta’ fidi. Iġagħluna nistaqsu: ‘Imma t-talb tagħna, għandu effett?’ Il-Mulej qed iqanqalna biex nagħmlu att ta’ fiduċja u ta’ fidi fih għax dak li m’aħniex kapaċi nagħmlu bir-rieda tajba tagħna u b’idejna; irid jieħu ħsiebu Hu… Read more »