Archbishop’s Homilies

The choice to squander our heritage or make it flourish – The Archbishop

Mass on the 25th anniversary of the establishment of the National Auditor's Office (NAO)

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-istedina ta’ Ġesù tirrepeti ruħha diversi drabi fl-Evanġelju: “Min għandu widnejn ħa jisma’!” (Mt 13:43). Qed jgħid hekk għax il-kliem li għadna kemm smajna, li hu tifsira li jagħti ta’ waħda mill-parabboli – il-parabbola tas-sikrana fl-għalqa, propju huma kliem li jimpenjawna ħafna.

Jista’ jkun ukoll li wieħed jgħid kemm huma kliem qawwija dawn meta l-Mulej jitkellem dwar il-konsegwenzi tal-għażliet tagħna… Read more »

“Dear Lord, I need you” – Praying with St George Preca on the 60th anniversary of his demise

Mass on the 60th anniversary of St George Preca's death

  Fra Diegu Chapel, Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Emmint, u għalhekk tkellimt” (2 Kor 4:13). Kemm hu sabiħ dan il-kliem li l-Appostlu Missierna San Pawl jgħid lill-Korintin, in-nies tal-belt fil-Ġreċja li jisimha Korintu. Lin-nies tal-belt ta’ Korintu, San Pawl kitbilhom żewġ ittri u is-silta li smajna proprju llum hija mit-tieni ittra li kiteb lin-nies ta’ Korintu. “U b’hekk fina taħdem il-mewt, imma fikom taħdem il-ħajja. Imma billi aħna għandna l-istess spirtu ta’ fidi li fuqu hemm miktub, ‘Emmint, u għalhekk tkellimt,’ aħna wkoll emminna, u għalhekk tkellimna, għax nafu li dak li qajjem lill-Mulej Ġesù lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù” (2 Kor 4:12-14)… Read more »

Teaching our children the alphabet of our faith – The Archbishop

Mass on the feast of St Calcidonius

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ftit punti ħfief ispirati minn dan l-Evanġelju li hu profond ħafna, għandu ħafna tagħlim u naħseb importanti ħafna wkoll għalina u għall-ħajja tagħna spiritwali, il-ħajja Nisranija tagħna.

L-ewwel nett Ġesù jibda mill-eżempju. Se jgħallimna fuq it-talb imma l-Evanġelju ta’ San Luqa ħafna drabi u anke fil-bidu ta’ din is-silta jgħidilna li Ġesù kien isib il-ħin biex jitlob. “Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob”… Read more »

Our Lady teaches us to do the Father’s will – The Archbishop

Mass with UMTAL pilgrims

  Lourdes Grotto, France

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù kien jaf sew min hi ommu u kien jaf sew ukoll kemm hi għamlet ir-rieda tal-Missier. Niftakru biss biss fil-kelma li qalet lill-anġlu Gabrijel: “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej, ikun minni skont kelmltek” (Lq 1:37). U l-kelma wkoll li qalet lill-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana: “Agħmlu dak li jgħidilkom hu” (Ġw 2:5).

Mela l-Madonna mhux biss għamlet ir-rieda tal-Missier imma wkoll tgħallimna biex aħna nagħmluha… Read more »

Following in Our Lady’s footsteps – The Archbishop

Mass on the feast of Our Lady of Mount Carmel

  The Basilica of Our Lady of Mount Carmel, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Nimxu warajk kull fejn teħodna, Verġni Marija!” Kemm hu sabiħ dan ir-responsorju li għadna kemm tlabna, f’din il-quddiesa solenni fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Ta’ min naħsbu ftit fuq dan il-versett, li nirrepetuh ta’ kull sena f’din it-tifkira solenni tas-16 ta’ Lulju; proprju f’din is-sena li qed niċċelebraw l-400 anniversarju mill-ewwel purċissjoni fil-Belt Valletta, bi xbieha għażiża tal-Madonna tal-Karmnu. Il-mixja flimkien. Bil-Grieg, nimxu flimkien hi ‘syn hodos’ – sinodu… Read more »

Courtesy visit by the Secretary General of Caritas Internationalis

  The Archbishop's Curia, Floriana

L-Arċisqof Charles Scicluna jiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali ta’ Caritas Internationalis Dr Aloysius John waqt żjara ta’ korteżija, li saret il-Ħamis 14 ta’ Lulju 2022, fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Għal din iż-żjara kienu preżenti wkoll il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina u d-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt. Caritas Malta, li hi entità tal-Knisja f’Malta, tifforma parti minn Caritas Europa fejn hemm madwar 49 pajjiż membru waqt li f’Caritas Internationalis hemm 162 pajjiż membru minn madwar id-dinja… Read more »

Through Jesus the burden becomes sweet and light – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Ġesù ma jaħbix il-fatt li qed joffrilna madmad u qed joffrilna toqol; u jsejħilhom tiegħu. Misteru kbir dan, li mexxej li qed jipprova jattirak lejh, ma jaħbilekx l-isfidi tad-dixxipulat, tal-fatt li inti tkun miegħu. Jaf li aħna “mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28), jgħid. Imma fl-istess ħin, waqt li se jserraħna mit-taħbit u t-toqol tagħna; u dan hu misteru kbir; qed jgħidilna: ‘isma’ jien se noffrilkom madmad u toqol’… Read more »

The Archbishop on Police Day: The battle for humanity to live justly

Mass on Police Day

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kliem ta’ Ġesù jistedinna għas-sens ta’ responsabbiltà. Aħna l-qassisin, ħafna drabi u nagħmlu sew, nipprietkaw kontinwament fuq il-ħniena ta’ Alla. Il-ħniena ta’ Alla hi wkoll mument ta’ umiltà, li fih nitolbu lil Alla jaħfrilna d-dnubiet li nagħrfu li għamilna għax quddiem ir-responsabbiltà tagħna nifhmu li mhux dejjem ngħixu skont l-ideali għolja li għalihom imsejħin.

Kull anniversarju jiġbor fih żewġ elementi, li l-qaddis Malti San Ġorġ Preca ġabar f’din il-frażi feliċi: ‘Grazzi Sinjur Alla, u aħfirli Sinjur Alla’… Read more »

“There’s nothing worse than the culture of waste!” – The Archbishop

Mass on the 15th Sunday in Ordinary Time

  The Chapel of St Scholastic Monastery, Vittoriosa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Almenu għal darba Ġesù jiltaqa’ ma’ avukat bravu imma li xorta kellu bżonn jitgħallem xi ħaġa mingħand Ġesù. Dan l-avukat, dan l-għaref tal-Liġi, kellu fih ix-xewqa li għandna lkoll kemm aħna: “Kif nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem” (Lq 10:25). Dan ir-raġel, dan l-avukat, mhux biss ried jgħix imma ried jgħix għal dejjem. Ġesù juża l-għerf tiegħu u jgħidlu: “Fil-Liġi x’hemm miktub? … Read more »

The Mnarja feast reminds us that our roots cannot grow in concrete and cement – The Archbishop

Mass on the Solemnity of St Peter and St Paul

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-Mulej waqaf miegħi u tani l-qawwa biex bis-saħħa tiegħi l-kelma tixxandar sal-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha hekk jien sfajt meħlus minn ħalq l-iljun. Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema” (2 Tim 4:17-18). Dan il-kliem tal-Appostlu Missierna San Pawl lid-dixxiplu żagħżugħ Timotju jagħtina tifsira profonda ta’ din il-festa li qed nagħmlu llum.

L-ewwel qari jagħtina esperjenza qawwija ta’ Pietru li jiġi arrestat minn Erodi u jinħeles minn ħabs aħrax u x’aktarx mill-kundanna tal-mewt… Read more »