Those who learn to forgive are at peace – Archbishop
A message from the Archbishop following a demonstration with baby Jesus in Valletta
22/12/2023 Saint John's Co-Cathedral, VallettaIl-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Għadna kemm smajna ħsibijiet sbieħ tal-maħbub San Ġorġ Preca. Li xtaq din id-dimostrazzjoni, kif kien isejħilha, u li bdiet fl-1921, mitt sena ilu. Waħda mit-talbiet sbieħ ta’ Dun Ġorġ, li tiġbor fiha wkoll it-talba li nixtieq li nagħmlu f’dan il-Milied, hi talba sempliċi ħafna. U ngħiduha flimkien: ‘Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok’. Il-mixja tagħna llum, bejn traxxixa u oħra, bir-riħ, fit-toroq sbieħ u ħelwin tal-kapitali tagħna, trid tkun din ix-xhieda sempliċi, li aħna għandna bżonn nitgħallmu mit-tarbija ta’ Betlehem… Read more »














