Archbishop’s Homilies

Il-ġuf ta’ kull omm hu post qaddis għax hu l-post tal-ħajja – L-Arċisqof

Quddiesa bis-sehem tat-tfal

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min jaf kemm-il darba smajnieh ir-rakkont ta’ meta Marija ta’ Nazaret kienet xebba żagħżugħa ta’ madwar 16-il sena miġbura fit-talb ikollha żjara speċjali. Il-Vanġelju jgħidilna li l-anġlu Gabriel – l-isem tiegħu jfisser Alla huwa qawwi, jew il-qawwa ta’ Alla – iżur lil Marija mibgħut minn Alla, jagħtiha tislima speċjali: “Inti mimliija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” (Lq 1:28). U hi titħawwad xi ftit imma dan għadu l-bidu… Read more »

We can’t be the people who, like rod, bend with the wind – Archbishop

  Saint Joseph's Parish Church, Kalkara

Photo by Heru Vision L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Id-domanda li għamel Ġwanni l-Battista hija domanda importanti għalina lkoll f’dan iż-żmien tal-Avvent: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” (Mt 11,3) Id-domanda ta’ Ġwanni hija: Isma’, inti l-Messija ta’ vera jew? U Ġesù, fir-risposta tiegħu, jirreferi għal dak li semgħu u raw: “Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li qegħdin tisimgħu u taraw: l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu” (Mt 11,4-5)… Read more »

Do we know who Jesus is? – The Archbishop

Mass on the third Advent Sunday

  The Parish Church of the Assumption of the Virgin Mary, Ħal Għaxaq

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġwanni jibgħat domanda li hi attwali ħafna, jibgħat tnejn mid-dixxipli tiegħu għax ma setax imur hu, qiegħed fil-ħabs u lil Ġesù jagħmillu din il-mistoqija: “Inti huwa dak li għandu jiġi jew nistennew lil ħaddieħor? (Mt 11:2).

Din il-mistoqsija toqgħod ħafna f’dan iż-żmien tal-Avvent li smajna kemm-il darba hu żmien ta’ stennija. Ta’ min nistaqsu lilna nfusna: aħna lil min qed nistennnew? … Read more »

In those few cells there’s the being of each and every one of us – Archbishop

  Immaculate Conception Parish Church, Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

It-tislima tal-anġlu hija tislima li toħroġ mill-qalb tagħna f’dan il-jum għażiż tat-8 ta’ Diċembru, il-festa tat-Tnissil Bla Tebgħa ta’ Marija. “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek” (Lq 1,28). L-Evanġelju li għadna kemm smajna jitkellem dwar it-tnissil ta’ Iben Marija fil-ġuf tagħha. U bħala sinjal tal-qawwa ta’ Alla, l-anġlu Gabrijel, li ismu stess ifisser ‘il-Qawwa ta’ Alla’, Gabrijel, jagħtiha wkoll tnissil ieħor: it-tnissil ta’ Ġwanni fil-ġuf ta’ ommu… Read more »

Brother John realised that in Jesus is the answer: we wait for him – The Archbishop

Funeral Mass for Grand Master Brother John Critien

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Lawrenz, Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min jaf kemm-il darba Fra John ikkontempla ċ-ċiklu straordinarju li għandna fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, u li permezz tiegħu, Mattia Preti tana n-narrattiva tal-ħajja ta’ Ġwanni, l-Għammied, il-Prekursur. Waħda mix-xeni li Mattia Preti pinġa fil-volta ta’ dik li kienet il-knisja konventwali tal-Ordni Ġerosoljitan kienet proprju dan id-djalogu ta’ Ġwanni l-Battista li jibgħat żewġ dixxipli tiegħu biex jistaqsu lil Ġesù dwar l-identità tiegħu… Read more »

The Lord gives us the light to make just choices – Archbishop

  Saint Catherine's Church, Zurrieq

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“F’dawk il-jiem deher Ġwanni l-Battista jipprietka fid-deżert” (Mt 3,1). L-Evanġelju ta’ San Mattew jagħti titlu lil dan iben ta’ Zakkarija u Eliżabetta, jgħidlu: ‘il-Battista’. Dan l-isem jingħata għaliex hu beda dan ir-rit tal-magħmudija ta’ ndiema, u kellu wkoll il-missjoni li jinawgura l-ħidma ta’ Ġesù, meta Ġesù mar għandu biex jitgħammed fl-ilma tal-Ġordan. Interessanti kif San Mattew mill-ewwel jgħidilna liema Ġwanni hu – Ġwanni l-Għammiedi, il-Battista… Read more »

We should continue defending our children, particularly those in the womb – Archbishop

  Saint Nicholas' Chapel, Siggiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum ilaqqagħna ma’ persunaġġ li jintroduċina għall-miġja fil-qrib ta’ Ġesù. Ġwanni huwa dak li mibgħut qabel il-Mulej. Fil-fatt, wieħed mit-titli ta’ Ġwanni huwa l-Prekursur: dak li jiġi qabel il-Mulej.

L-Evanġelju ta’ San Ġwann jintroduċih b’titlu ieħor: il-Battista, għaliex introduċa dan ir-rit ta’ magħmudija fix-xmara Ġordan. Hu stess jgħid li huwa rit sinjal ta’ ndiema, li inti qed tagħraf dnubietek u titlob maħfra ’l Alla… Read more »

Don’t we understand that the child in the womb has no voice? – Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

Photo by MART PRODUCTION L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ittamaw fil-Mulej għal dejjem għax il-Mulej hu l-blata ta’ dejjem” (Iż 26:4). Din hija l-profezija ta’ Iżaija li smajna fl-ewwel qari llum u bħalma għedna nhar it-Tlieta, il-qari tal-Evanġelju fl-ewwel parti tal-Avvent huwa l-milja, it-twettiq tal-profezija ta’ Iżaija.

Allura aħna nifhmu għaliex din il-profezija mill-kapitlu 26 ta’ Iżaija meta jistedinna biex nittamaw fil-Mulej għax il-Mulej hu l-blata ta’ dejjem, tfakkarna f’dak li Ġesù jgħid: Isma’, ibnu d-dar tagħkom fuq il-blat (ara Mt 7:24), anzi, Ġesù jispjegalna xi tfisser. 

Ħa ngħidu ftit xi jkompli jgħid Iżaija: “lil min kien fl-għoli, niżżlu, il-belt imkabbra niżżilha, waqqagħha ’l isfel, fit-trab xeħitha” (Iż 26:5)… Read more »

What are we celebrating at our Christmas parties? The introduction of a law that kills children in the womb? – The Archbishop

Mass on the first Advent Sunday

  The Parish Church of St Mary, Attard

Hemm talba li aħna ngħidu ħafna drabi f’mument importanti tal-quddiesa eżatt wara li Ġesù jiġi fostna taħt ix-xbihat tal-ħobż u l-inbid li jsiru l-Ġisem u d-Demm tiegħu. Is-saċerdot jgħidilna: “Dan hu l-misteru tal-fidi” u waħda mir-risposti sbieħ li ħafna drabi ngħidu hi: “Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, inxandru bil-ferħ il-qawmien tiegħek, nistennewk sa ma tiġi fil-glorja”. Nistennewk sa ma tiġi fil-glorja!

Dan li qegħdin nagħmlu f’dan l-istaġun tal-Avvent… Read more »

All lives matter – The Archbishop

I appeal to our legislators to see reason

Article by Archbishop Charles Scicluna

Life is precious. Only a few days ago, we were served a bitter reminder of just how precious one life can be following the horrific murder of Bernice Cassar. As a nation, we are understandably shocked and angry that such an act can take place in our community. 

While offering prayers for Bernice and her family, I could not help but feel an immense tug in my heart for her children whose lives will be forever changed by this tragedy… Read more »