Archbishop’s Homilies

This Lent: looking at ourselves, our neighbours and God – The Archbishop

Mass at the beginning of the liturgical time of Lent

  The Parish Church of St Catherine, Żurrieq

Photos: Evan Demicoli L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Ġesù tagħtina triq ċara għal din il-mixja tar-Randan: it-triq li tħares lejk innifsek, lejn il-proxxmu u lejn Alla. Il-Mulej iridek li ssaffi l-imħabba tiegħek għalik innifsek. Ma ninsewx li meta tagħna l-kmandament tal-imħabba, għallimna nħobbu lil għajrna bħalna nfusna. Li tħobb lilek innifsek hija li tieħu ħsieb tiegħek innifsek. U f’dan il-vjaġġ tar-Randan, is-sawm ma għandux ikun xi ħaġa negattiva, imma detox spiritwali; proċess li biha ninħeles minn dak kollu li jtaqqalni, li jfixkilni fil-mixja tiegħi ta’ mħabba… Read more »

From stone to flesh: transforming our hearts in Lent

Mass on Ash Wednesday

  Holy Cross Church, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm kelma li faċilment tiġini kull Randan. Hi kelma bl-Ingliż li forsi li dan iż-żmien hi iżjed ta’ moda – detox. Hu proċess li permezz tiegħu jiena nitnaddaf minn dak kollu li hu tossiku u velenuż fil-ħajja tiegħi.

Fl-Evanġelju Ġesù jinsisti li dal-proċess mhux neċessarjament xi ħaġa li tidher minn barra jew li ssir għal għajn in-nies… Read more »

Giving a sign of our consecration – The Archbishop

Mass with the consecration of the altar and church

  The Parish Church of the Immaculate Conception of Mary, Mother of the Church, Tal-Ibraġ

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Din hi l-għamara ta’ Alla mal-bnedmin; u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom.” (Apok 21:3)

Ftit tax-xhur ilu ċċelebrajtu u jiena magħkom, l-25 sena mit-twaqqif ta’ din il-komunità Nisranija bħala parroċċa. Illum qed nikkonsagraw dan it-tempju. Hu mument li fih il-Mulej jirrepeti l-kelma għażiża li smajna mill-ktieb tal-Apokolassi. “Ara se nġedded kollox” (Apok 21:5)… Read more »

The Archbishop asks: do you have the courage to truly see what lies in your heart?

Eighth Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

B’mod konkret, Ġesù iħares lejn il-kapaċitajiet tagħna llum u jistedinna biex insaffuhom. Jitkellem fuq il-ħarsa tagħna u fuq il-qalb tagħna. Il-ħarsa tagħna jixtieq isaffiha minn kull għamad. Ħafna drabi ma nibqgħux naraw ċar; il-ħarsa tagħna tiddallam minħabba r-rabja, minħabba l-preġudizzju, minħabba l-għira, minħabba l-ħażen ta’ qalbna. Il-Mulej Ġesù, qed jipprova jgħallimna li l-ħarsa tagħna fuqna nfusna u fuq xulxin ġejja mill-qalb tagħna, u tesprimi min aħna tassew… Read more »

We pray that our country never forgets its vocation, which is always the missionary vocation – The Archbishop

Mass on the 100th Anniversary of the Maltese Jesuit Mission in India

  St Aloysius College, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa mument li fih irridu ngħidu, għax huwa dover tagħna, grazzi kbira lill-Mulej. F’dawn is-sigħat propju fl-Indja, fejn il-Missjunarji qegħdin ifakkru lil dawk li taw ħajjithom, hemm l-Isqof Joseph Galea Curmi, il-Vigarju Ġenerali u Isqof Awziljarju ta’ Malta, li qed jaġġornana b’din l-esperjenza tiegħu li jżur l-ambjenti, imbierka u mqaddsa, bil-ħidma tal-Missjunarji għeżież tagħna.

Ftit sigħat ilu bagħtilna ritratti taż-żjara li għamel fiċ-ċimiterju tal-post, fejn hemm midfunin diversi Missjunarji Maltin u anke Sqallin, li taw ħajjithom għall-missjoni fl-Indja; hemm ukoll ħajt li jikkommemora missjunarji li mhux midfunin hemm, imma li taw ħajjithom f’dan il-post imma, li wara li rritornaw Malta, kellhom l-appuntament mal-Mulej fl-aħħar vjaġġ tagħhom propju minn ħawnhekk… Read more »

Jesus’ wish for us: having our hearts free from hatred – the Archbishop

  The Parish Church of the Transfiguration of Jesus, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Mulej, hu u jitlobna forsi l-itqal ħaġa: dik li nħobbu lil min ikun kontrina, jgħinna ftit nifhmu għaliex qed jgħidilna hekk. U jgħallimna li, dak li għandna nagħmlu, meta nagħmluh niftakru: “bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom” (Lq 6:38).

Minn min? Ejjew niftakru x’għallimna hu stess, meta għallimna nitolbu. Fit-talba tal-Missierna li ngħidu f’kull quddiesa, u nirrepetuha diversi drabi, anke matul il-ġurnata: “Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina” (Mt 6:12)… Read more »

Hope provides direction – The Archbishop

Mass on the solemnity of St Paul, Patron of Malta

  The Collegiate of St Paul's Shipwreck, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Nifirħu fit-tama” (Rum 12:12). Hija l-kelma tal-Appostlu Missierna lir-Rumani li l-Pawlini għeżież għażlu għal din is-sena u kienet għażla tassew xierqa. Qegħdin niċċelebraw il-Ġublew tas-sena 2025, li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku xtaq li jkun iddedikat lit-tama. Illum l-10 ta’ Frar qegħdin hawn f’din is-sena ġubilari, f’din il-knisja ġubilari, sabiex minn idejn il-knisja nilqgħu l-grazzja tal-indulġenza plenarja, tal-ħelsien mit-tpattija kollha ta’ dnubietna… Read more »

The language of every mission by our Lord: leave everything behind, give our lives, trust Him and let Him work – The Archbishop

  The Parish Church of St Julian's, St Julian's

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla llum, tkellimna dwar il-misteru tas-sejħa. Ilkoll nirċievu mingħand Ġesù, mingħand il-Mulej f’ħajjitna. Kemm il-Profeta fil-bidu tal-vokazzjoni tiegħu, l-Profeta Iżaija jħoss li mhuwiex dehen; hekk jiġrilu Pietru; hekk jikkonferma Pawlu. Dawn it-tliet personaġġi li l-Kelma ta’ Alla tlaqna magħhom illum: il-Profeta Iżaija, l-Appostlu Missierna, li mil-lejla nibdew niċċelebraw il-festa patronali tiegħu, u Pietru. Fil-laqgħa tagħhom mal-Mulej iħossu li huma midinbin, iħossu n-nuqqasijiet tagħhom; it-tagħbija tal-passat tagħhom… Read more »

A friend’s voice… eyes that give calm and serenity – The Archbishop about Mgr Victor Grech

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Lilu narah b’ħabib tiegħi, dak li jilmħu b’għajnejja ma jkunx barrani” (Ġob 19:27). Dan il-kliem joqgħod tajjeb fuq fomm Dun Victor, hu u jagħmel il-pass tremend tal-mewt, u jgħaddi għall-ħajja ta’ dejjem. Fuq min qed jitkellem Dun Victor meta jgħid: “Lilu narah b’ħabib tiegħi” (Ġob 19:27)? Qed jitkellem fuq Alla. Għax il-ktieb ta’ Ġob, li minnu qrajna l-ewwel qari, jagħtina din iċ-ċertezza, li hi l-qofol tal-fidi tagħna… Read more »

Your prayers uphold the Church as one, holy, and Catholic – The Archbishop

Mass for the Jubilee of Religious and on the Day of Consecrated Life

  The Parish Church of St Catherine, Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ir-rakkont li għadna kemm smajna mill-Vanġelu skont San Luqa jintroduċina ma’ ħames persuni; Marija u Ġużeppi, Xmun u Anna u f’nofshom it-tarbija Ġesù ta’ 40 jum. Huwa t-tifel li llum jiġi ppreżentat lil Alla. Huwa t-tifel li jinħeles mill-mewt bl-offerta ta’ żewġt ibċieċen. Għax il-liġi kienet tgħid li “l-ewwel wild ikun tiegħi u jinfeda bl-offerta tal-fqar.” Biex jinfeda l-ewwel tarbija tifel kien hemm bżonn żewġt ibċieċen jew par gamiem… Read more »