Message of Archbishop-elect Mgr Charles J. Scicluna to the Leader of the Opposition Dr Simon Busuttil
16/03/2015- Palazz tal-President, l-Belt Valletta
16 ta’ Marzu 2015
Onor. Dr Busuttil,
Grazzi ħafna tal-laqgħa ġentili tiegħek, u tal-kliem li għedt. Inħoss li l-preżenza tiegħi f’din id-dar tal-istituzzjonijiet għeżież tagħna, b’mod speċjali tal-Parlament, hija wkoll omaġġ tal-Knisja ta’ Malta għas-servizz li jagħmlu l-politiċi Maltin. Għalija huwa wkoll ta’ garanzija għad-demokrazija, li nista’ niġi għand il-Kap tal-Oppożizzjoni li f’pajjiżna, fl-ispirtu demokratiku tagħna, jagħti standing ukoll lill-partiti li mhumiex fil-Gvern, imma li l-irwol tagħhom huwa essenzjali biex ikollna l-garanzija tal-libertà…













