We need to work together to be more respectful towards each other on social media – The Archbishop to the Prime Minister
Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Prim Ministru u l-Kabinett fil-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida
28/12/2017- Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta
27 ta’ Diċembru 2017
Onor. Prim Ministru, insellem lilek kif ukoll lill-membri kollha tal-Kabinett tiegħek, tal-Gvern Malti. Jien nixtieq nirringrazzjak tal-kliem tiegħek u fl-istess ħin nieħu l-opportunità, kif għedt ukoll lill-President tar-Repubblika, li ntenni l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu għall-ġid tal-membri kollha tas-soċjetà, b’mod speċjali kull fejn hemm bżonn…














