“Intom parti mit-taqtigħa tal-legalità kontra l-kriminalità, ta’ dawk li jissieltu għall-ġid komuni” – L-Arċisqof lill-pulizija
Quddiesa f'Jum il-Pulizija
14/07/2018-
- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
14 ta’ Lulju 2018Qegħdin infakkru l-204 anniversarju mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija. Nixtieq nirringrazzja lill-Kummissarju tal-Pulizija talli kompla—għaliex wara kollox hija deċiżjoni tiegħu—it-tradizzjoni li parti miċ-ċelebrazzjonijiet tkun ukoll din il-quddiesa solenni ta’ ringrazzjament…














