Archbishop’s Homilies

As Christians we are called to defend the culture of truth and life – The Archbishop

Diocesan Celebration on the feast of Christ the King 2017

  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera

    26 ta’ Novembru 2017

    Fil‑festa ta’ Kristu Re, aħna u nispiċċaw iċ‑ċiklu ta’ laqgħat flimkien meta nfakkru ta’ kull nhar ta’ Ħadd u ta’ kuljum il‑mewt u l‑qawmien ta’ Ġesù, f’din l‑aħħar ġimgħa taċ‑ċiklu ta’ laqgħat u ta’ talb u ta’ tifħir li aħna nsejħulu s‑sena liturġika, il‑ħsieb tagħna l‑Insara jmur fit‑tmiem taż‑żminijiet, fil‑milja taż‑żminijiet meta l‑Mulej Ġesù, l‑Iben il‑waħdieni tal‑Missier, qassis għal dejjem u sultan tal‑ħolqien kollu, itemm il‑misteru tal‑fidwa tal‑bnedmin…

  • Read more »

“Beyond your efforts there is a sense of responsibility” – The Archbishop to the graduates of the Pastoral Formation Institute

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

    22 ta’ Novembru 2017

    Id-diskors tal-mina hu attwali ħafna imma rridu nifhmu li meta Ġesù jitkellem fuq il-mina, qed jitkellem fuq għaxar kilo deheb; kienet is-somma tal-flus li Ġesù juża’ f’din il-parabbola.

    Il-kuntest tal-parabbola hija li Ġesù huwa b’xi mod doppju biex niddeskrivuh…

  • Read more »

Seek out a community where you can deepen your faith – The Archbishop to the adolescents who received their Confirmation in Siggiewi

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, is-Siġġiewi

    5 ta’ Novembru 2017

    Aħna għadna kemm għamilnielkom kuraġġ qabel iġġeddu għażla. Din l-għażla għamluha f’isimkom il-ġenituri tagħkom meta ġabukom trabi fil-knisja biex titgħammdu. Intom ma tiftakrux, jew kontu reqdin, jew tibku, waħda minn dawn it-tnejn. Imma dakinhar il-ġenituri tagħkom ġabukom il-knisja biex titgħammdu fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu…

  • Read more »

“We need to continue working for a beautiful social environment for our youth and children” – The Archbishop

The Archbishop celebrates Mass at Cospicua Parish Church as part of his pastoral visit in Cospicua

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Bormla

    19 ta’ Novembru 2017

    Ippermettuli nagħti tislima speċjali lir-respettabbli Sindku fl-okkażjoni anke ta’ Jum Bormla. Insellem ukoll lill-kunsilliera u lill-membri kollha tas-soċjetà ċivili.

    Nixtieq noffri riflessjoni ċkejkna u qasir. Ilbieraħ bdejt ingawdi din il-knisja sabiħa b’patrimonju straordinajru, fl-idjoma bl-arkitettura Barokka, li għat-8 ta’ Diċembru, ta’ kull sena, titlibbes b’mod tassew meraviljuż u hija l-għaxqa u l-kburija tal-Bormliżi kollha…

  • Read more »

“We rejoice when we share the talents God gave us without envy and pique” – The Archbishop at the beginning of his Pastoral Visit in Cospicua

Archbishop Scicluna starts his pastoral visit in Cospicua and celebrates mass with the community

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Bormla

    18 ta’ Novembru 2017

    Ippermettuli naqsam magħkom ħsieb qasir. Il-parabbola li għadna kemm smajna, il-Knisja tirrakkontahielna qrib l-aħħar tas-sena, donnu biex tgħina nagħmlu ftit il-kontijiet.

    Wara kollox is-sid li kellu jsiefer u b’fiduċja kbira ta l-ġid li kellu lil dawn il-qaddejja, wasal il-mument meta rritorna u talabhom rapport, rapport sħiħ ta’ dak li kienu għamlu…

  • Read more »

“Never get used to the Eucharist” – The Archbishop to the seminarians instituted in the Acolyte Ministry

Four seminarians instituted in the Acolyte Ministry

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù,

    13 ta’ Novembru 2017

    Għeżież, issa intom jekk Alla jrid, se ssiru djakni f’April li ġej kif kelli ċans ngħidilkom fil-kollokju tal-lum. Baqa’ ħames xhur, ma tantx għad baqa’.

    U llum qegħdin hawnhekk, aħna l-komunità tas-Seminarju, jiena l-Isqof tagħkom, il-familji, il-ħbieb tagħkom u l-ħbieb fil-parroċċi tagħkom, biex nifirħu magħkom u nitolbu għalikom, intom u tirċievu l-Ministeru tal-Akkolitat…

  • Read more »

“Nitolbu li fostna ma jinbitx dak li jagħmel il-gwerer possibli: spirtu ta’ vjolenza u mibegħda” – L-Arċisqof

Quddiesa Pontifikali f'Jum it-Tifkira

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    12 ta’ Novembru 2017

    “Ishru, mela, għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa” (Mt 25, 13). Dawn il-kliem ta’ Ġesù huma kliem mhux biss ta’ ċanfira imma anke pre-avviż. Qed jurina x’għandu jkun l-atteġġjament tagħna biex inkunu ppreparati għal dak il-jum tremend meta ngħaddu minn din il-ħajja għall-ħajja l-oħra…

  • Read more »

Your success is not measured by material wealth but how you will offer your life to the service of your community – The Archbishop to new graduates

Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    9 ta’ Novembru 2017

    Fid-9 ta’ Novembru ta’ kull sena, aħna l-Kattoliċi nfakkru d-dedikazzjoni tal-ewwel knisja f’Ruma, il-katidral tal-Papa, il-Bażilika ta’ San Ġwann fiż-żona msejħa tal-Lateran, San Giovanni in Laterano.

    Ħafna drabi meta naħsbu fil-knejjes kbar ta’ Ruma, il-ħsieb tagħna jmur mill-ewwel fil-Bażilika ta’ San Pietru, mibnija fuq il-qabar tal-appostlu sajjied…

  • Read more »

“One who wants to be a servant of the people must also be a humble servant” – The Archbishop

Mass at the altar dedicated to Saint Carlo Borromeo at St John's Co-Cathedral

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    4 ta’ Novembru 2017

    L-Evanġelju jgħid li l-Mulej Ġesù jinduna li qed jinnutawh “għajnejhom fuqu” (Lq 14, 1). Ovvjament kienu għajnejhom fuqu biex isibu biex jixluħ u biex ifixkluh. Imma anke hu kien qed jinnota x’kien qed jiġri u nnota li dawn l-imberkin kapijiet kienu qed jippruvaw jieħdu l-aħjar post (ara v.7) u, bħal missier ta’ mħabba kbira, jagħtihom lezzjoni…

  • Read more »

“You have to investigate so that we can be truly protected” – The Archbishop to the workers of Allied Group

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Allied Newspapers Ltd, l-Imrieħel

    3 ta’ Novembru 2017

    Ġesù jeħodha ftit mal-kapijiet tal-Fariżej biex jagħmel punt essenzjali li nħoss huwa importanti wkoll li nibqgħu niftakruh tul ħajjitna kollha.

    Meta jara l-ħtieġa li jfejjaq, il-Mulej mhuwiex marbut mal-ebda liġi, ħlief l-istint qawwi tal-imħabba. “Min minnkom se jaqgħalu ibnu jew barri f’ġiebja u għax ikun is-Sibt”, meta mhux suppost tagħmel xogħol li jġib ħafna sforz, għax ikun is-Sibt, “ma jmurx malajr itellgħu minn hemm?” (Lq 14, 8)…

  • Read more »