May you, by your words and your presence, be good news to the people of Santa Luċija – The Archbishop to the new Parish Priest
13/02/2018- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Knisja Parrokkjali, Santa Luċija
21 ta’ Jannar 2018Dun Joe Mizzi, ippermettili naqsam miegħek xi ftit ħsibijiet ispirati mill-Evanġelju tal-lum, mill-kelma ta’ Alla, quddiem il-komunità afdata f’idejk.
L-ewwel ħsieb li jiġini huwa kemm Ġesù jinsisti li l-Kelma tiegħu hija aħbar tajba u biex jgħid hekk juża’ l-kelma ‘evanġelju’ li bil-Grieg tfisser ‘aħbar tajba’, mhux l-aħbarijiet, imma propju l-Aħbar it-Tajba…