“Nitolbu li l-qalb ta’ kull Nisrani tirtab” – L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka
L-Arċisqof jiċċelebra t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej bil-ħasil tar-riġlejn f'Ħamis ix-Xirka
30/03/2018- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
29 ta’ Marzu 2018“Mulej, mhux saqajja biss, imma jdejja u rasi wkoll” (Ġw 13, 9). Dawn il-kliem qalhom Xmun Pietru, maħsud u skandalizzat li l-Imgħallem u l-Mulej beda jaħsel saqajn id-dixxipli, ġest li kien riservat għall-iskjavi tal-familja li kelhom id-dover li, meta jiġu l-mistednin għall-ikel, l-ewwel ħaġa jaħslulhom saqajhom biex ikunu jistgħu jistrieħu komdi fuq id-divani għall-mejda tal-ikel…