“Our Lady sheds light on eternity” – The Archbishop
L-investitura tal-kanonċi l-ġodda tal-Kapitlu Metropolitan lejlet il-festa ta' Santa Marija Mtellgħa s-Sema
14/08/2019- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
14 ta’ Awwissu, 2019“Fejn hi, ja mewt, in-niggieża tiegħek?” (1 Kor 15:55). Il-mistoqsija li għamel l-Appostlu Missierna San Pawl fl-Ittra lill-Korintin għandha diversi tweġibiet, li jagħtihomlna l-istess Pawlu: “in-niggieża tal-mewt hi d-dnub” (1 Kor 15:56). Aħna ħafna drabi niġu affaċċjati bid-dnub tagħna, bid-difetti tagħna, bin-nuqqasijiet tagħna, bil-mard tagħna u meta nkunu weħidna quddiem il-mera tal-verità, dawn l-affarijiet iniggżuna u jumiljawna…














