“It-tama tal-Milied: id-dawl ta’ Ġesù li jegħleb id-dlamijiet” – L-Arċisqof
Omelija waqt Quddiesa f'Jum il-Milied
26/12/2018-
- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
25 ta’ Diċembru 2018Dun Ġorġ Preca għallimna ngħożżu silta minn dan l-Evanġelju li għadna kemm qrajna. Dan huwa l-vers 14 tal-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Ġwann. Hu kien jgħallimna ngħożżu din is-sentenza sabiħa: “Verbum Dei caro factum est”…