Archbishop’s Homilies

Christmas: presence is the greatest gift – The Archbishop

Photo: Archdiocese of Malta: Ian Noel Pace

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

This Christmas, perhaps the most meaningful gift we can offer one another is not something wrapped, posted, or uploaded – but time, attention, compassion, and presence, says Archbishop Charles Scicluna.

At Christmas, Christians celebrate the birth of a child. But this is no ordinary birth. The Nativity proclaims a startling truth: God chose not to send a message, a signal, or an abstract idea… Read more »

To be like Jesus, we need to be close to each other – The Archbishop

Mass on the forth Advent Sunday

  The Parish Church of the Nativity of the Blessed Virgin Mary

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għeżież tfal u anke l-komunità għażiża tal-Mellieħa, għadna kemm smajna silta mill-Evanġelju skont San Mattew li jħabbrilna din it-tarbija li qegħdin nistennew, x’se jkun jisimha. X’se jkun jismu dan it-tifel li se jitwieled minn Marija? X’semmietu? Ġesù. Infatti l-anġlu lil Ġużeppi fil-ħolm jgħidlu, “Inti ssemmih Ġesù” (Mt 1:21). Mela Ġesù hu isem magħżul minn Alla għall-Iben tiegħu magħmul bniedem. Għal din it-tarbija li se titwieled, diġà twieldet, imma aħna qed infakkru t-twelid tagħha… Read more »

This Christmas, let’s use social media to send a beautiful message of peace – The Archbishop

Message for Milied Flimkien

  Castile Square, Valletta

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Eċċellenza, Onorevoli Prim Ministru, Mr Speaker, Kap ta l-Oppożizzjoni,

Kemm hi ħaġa sabiħa li aħna qed nagħtu dal-messaġġ quddiem il-presepju. Il-presepju jfakkarna li l-Iben t’Alla sar bniedem. Isem ieħor li jingħata lil Ġesú skont il-Vanġelu ta’ San Mattew huwa proprju Għemmanu-el, Alla magħna. Is-suġġeriment tiegħi għal dan il-Milied huwa li aħna nkunu qrib xulxin,  preżenti għal xulxin… Read more »

Our God is a God of Peace – The Archbishop

Mass on the 20th Anniversary of the Foundation U

  The Parish Church of St Publius, Floriana

Ritratt: Timothy Camilleri L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nisimgħu siltiet sbieħ mill-Evanġelju ta’ San Mark, ta’ San Mattew u ta’ San Luqa, li jippreparawna għall-festa kbira tat-twelid ta’ Ġesù. Illum smajna bit-tħabbira, waħda minn żewġ taħbiriet, mill-Evanġelju ta’ San Luqa: it-tħabbira tat-twelid ta’ Ġwanni, aħna ngħidulu Ġwanni l-Battista, għax kien  hu li għammed lil Ġesù qabel ma beda l-missjoni pubblika tiegħu.

Żakkarija huwa raġel anzjan, li l-mara tiegħu ma jistax ikollha tfal, bħalma tammetti hi stess, fejn anke ’l quddiem l-anġlu Gabrijel jgħid lil Marija: “ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, dik li jgħidu li ma jistax ikollha tfal, fi xjuħitha hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur fit-tqala tagħha, dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal” (Lq 1: 36 – 37)… Read more »

Let’s only look at the human heart and the need it has – The Archbishop

  The Malta Community Chest Fund Offices, Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli nagħmel talba ta’ barka fuq dan il-post li hu għatba li fiha jersqu nies imtaqqlin u t-tama u t-talba tagħna tkun li kull min jiġi hawn joħroġ imserraħ. Jekk il-problema ma tisparixxix, almenu jkollu l-wens tas-soċjetà li hu l-poplu Malti u Għawdxi, li qegħdin lesti biex inkunu ta’ għajnuna.

Nirringrazzja lilek, Eċċellenza President, talli komplejt din it-tradizzjoni tal-predeċessuri, tradizzjoni antika ta’ solidarjetà, f’idejn il-kapijiet tal-istat tagħna… Read more »

Let’s celebrate the Christmas spirit by helping others – The Archbishop

  Archbishop's Minor Seminary, Tal-Virtù

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono żaret is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof fil-15 ta’ Diċembru bħala parti mill-kampanja L-istrina BOV Piggy Bank. Hi kienet akkumpanjata mill-Arċisqof Charles Scicluna, u l-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima.

Waqt li indirizzat lill-istudenti, il-President ħeġġithom biex ikunu parti minn L-Istrina ta’ din is-sena, billi jikkontribwixxu mill-ftit tagħhom. Spjegat li matul is-sena ltaqgħet ma’ xi studenti li wara l-iskola ma jsibux familja għand min imorru, u oħrajn li qed ibatu minħabba li l-mard ħakem lilhom jew lill-familja tagħhom… Read more »

Preparing for this Christmas by partaking of the sacraments of healing – The Archbishop

Mass on third Advent Sunday

  The Collegiate Basilica of St Paul, Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nippreparaw, b’entużjażmu anke b’ferħ l-istennija għall-Milied, ta’ min nilqgħu l-kelma li Ġwanni l-Battista jibgħat iwassal lil Ġesù: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” (Mt 11:3) Ir-risposta, din id-darba, tkun fil-qalb tagħna. Aħna lil min qegħdin nistennew f’dan il-Milied? Min hu dak Alla għalina li se jitwieled minn Marija Verġni? Lesti nilqgħuh? Aħna ppreparati tajjeb biex nilqgħuh? … Read more »

We can live unstained if God’s grace and love are the foundation of our lives – The Archbishop

Mass on the solemnity of the Immaculate Conception of the Virgin Mary, where the Archbishop welcomed 3 seminarians as candidates for the sacred order

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju li għadna kemm smajna hemm kelma għażiża, li ma nisimgħux darba biss imma almenu darbtejn. L-Anġlu Gabrijel, li ismu jfisser il-qawwa t’Alla, iżur lil xebba rżina, sempliċi, umli ġo belt moħbija, anzi ta’ fama ma tantx tajba – Nazaret. U jsellmilha u jgħidilha “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja” (Lq 1:28). Jagħtiha isem ġdid. Hi kien jisimha Marija għal oħt Mosè… Read more »

Preparing for Christmas with our hearts – The Archbishop

Children's Mass on the second Advent Sunday

  The Parish Church of St Catherine, Virgin & Martyr, Żurrieq

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Elfejn sena ilu qabel ma twieled Ġesù meta r-re jew l-imperatur kien jagħmel vjaġġ biex imur minn pajjiż għal ieħor, qablu kien jibgħat messaġġiera, u jibdew jgħidu lin-nies: ‘Ħejju t-triq għax ġej is-sultan, għax ġej l-imperatur.’ U kien ikollhom nies li qabel ma jgħaddi l-imperatur kienu jirranġaw it-toroq.

Qabel ma ġie Ġesù, qabel deher, qabel beda jgħallimna, kien hemm raġel li uża l-istess kliem lil dawk li kien qed jisimgħuh… Read more »

If you want to live, love. Choose love – The Archbishop

Reflection during the Advent Retreat for the Archbishop's Curia employees

  Attard Parish Centre

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq noffri din il-meditazzjoni anki biex ngħinu lilna nfusna nidħlu fl-ispirtu tat-talb, issa li qegħdin fil-qofol tal-Avvent. Nirringrazzja lil kull min organizza dan in-nofstanhar flimkien. Nawgura li ma jkunx biss laqgħa ta’ bejnietna għalkemm hija importanti ħafna li nkunu preżenti għal xulxin imma wkoll nagħtu ftit ħin lilna nfusna, b’mod speċjali fil-mument tal-adorazzjoni u mbagħad il-quddiesa, biex niltaqgħu mal-Mulej. 

Xtaqt naqsam magħkom ħsibijiet ħfief dwar it-tliet miġjiet li qed infakkru, ngħixu u niċċelebraw f’dan l-istaġun qawwi… Read more »