Matul din is-sena, Caritas Malta daħlet għall-proġett ‘Cleaner shores, clearer futures: A socio-educational initiative involving outdoor learning and social engagement within Caritas Malta’s residential services’ (VOPS 6/2021) permezz tal-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS).

Permezz ta’ din l-iskema nkisbu numru ta’ kayaks għall-użu fil-Komunitajiet Terapewtiċi ta’ Caritas kif ukoll ngħata taħriġ fl-użu tal-kayaks lill-ħaddiema ta’ Caritas biex ikunu jistgħu jmexxi lir-residenti f’attività ta’ grupp bil-kayaks.

L-iskop tal-attivitajiet hu li r-residenti jiskopru modi rikreattivi ġodda, li jservi ta’ attività fiżika u fl-istess waqt ikunu qed jagħtu lura lill-komunità permezz ta’ skart li jinġabar mill-baħar waqt din l-attività.

Dawn l-attivitajiet ġew organizzati fi tmiem ta’ dan il-proġett u se jkomplu jissaħħu matul is-sena u s-snin li ġejjin.

Waqt dan il-proġett inħadem ukoll karru biex ikunu jistgħu jinġarru l-kayaks, li nħadem mir-residenti u l-ħaddiema tal-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi.