Fid-dinja qegħdin jinqatlu bl-abort mal-120,000 tarbija kuljum. Malta huwa pajjiż li jgħożż il-ħajja, b’xhieda ħajja li l-Maltin li jixtiequ ikunu dawl għad-dinja. Il-Grupp ‘Dawl u Rigal’ se jorganizzaw mixgħela bix- xemgħat nhar il-Ħamis 21 u l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu li ġejjin.

L-iskop ta’ din l-attivita’ huwa li:

1. Issir tifkira għat-trabi nnoċenti li nqatlu bl-abort.

2. Isir talb sabiex jieqaf l-abort.

3. Sabiex l-Insara Maltin ikunu ta’ dawl għad-dinja u li t-tarbija u d-don tal-ħajja huma rigali prezzjużi.

Din l-attivita’ ser tibda nhar il-Ħamis 21 ta’ Marzu, lejliet id-Duluri u tibqa għaddejja sa l-għada, jum id-Duluri fuq il-Fosos tal-Furjana. Dakinhar ser jinxtgħelu numra ta’ xemgħat li ser jippreżentaw it-trabi maqtula.

Il-Programm huwa kif ġej:

Il-Ħamis 21 ta’ Marzu 2013, lejliet id-Duluri:-

– 3:30pm Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Kappella ta’ Sarria il-Furjana

– 4:30pm jittpoġġew u jinxtegħlu x-xemgħat

– Kull siegħa tingħad it-talba tar-Rużarju u xi riflessjonijief bibliċi

– Wara l-10:00pm, matul il-lejl, jitkompla t-talb.

Il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu, Jum id-Duluri:-

– 7:00 am nkomplu bit-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum

– Sa 12:00 jitkompla t-talb u riflessjonijiet

– 12:30 pm l-attivita tgħalaq b’ringrazzjament lil Alla. Dan billi nipparteċipaw fis-Sagrifiċċju tal-Quddiesa fil-knisja ta’ San Publiju, l-Furjana.

Għal din l-attivita kulħadd huwa mistieden li jattendi f’xi ħin konvenjenti għalih. Il-Grupp iħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem magħhom fit-talb favur il-ħajja. Ikun apprezzat li kull min jattendi jġib miegħu xemgħa.

Il-Grupp Dawl u Rigal jinkuraġġixxi li dawk il-persuni li ma jistgħux jattendu, jistgħu jipparteċipaw billi joffru xemgħa biex tinxtgħel dakinhar. Ix-xemgħat offruti jistgħu jitħallew fil-kaxxi li hemm apposta f’numru ta’ knejjes u parroċċi madwar Malta.

Poster tal-Attivita’: