L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju, 2012, ġie organizzat Business Breakfast bit-tema ‘L-Etika u l-Media’, imtella’ mis-Segretarjat għall-Mezzi tal-Komunikazzjoni Soċjali tal-Knisja f’Malta.

Il-Business Breakfast, li sar fil-lukanda Excelsior tmexxa mis-Sinjura Josianne Camilleri, u għalih attendew esponenti tal-Media Maltija, fosthom edituri, deputy editors u diriġenti tal-organizzazzjonijiet tal-media.

Il-laqgħa bdiet b’diskors qasir mid-delegat tal-Arċisqof responsabbli mill-media, Fr Charles Tabone O.P, li tkellem fuq il-ħtieġa ta’ rapport aħjar bejn il-Knisja, il-ġurnalisti u dawk kollha nvoluti f’dan il-qasam. Agħfas hawn biex taqra d-diskors ta’ Fr Tabone.

Id-diskors prinċipali sar mir-Rev. Prof. Saviour Chircop, dekan tal-Fakultà tal-Media u x-Xjenzi tal-Għarfien fl-Università ta’ Malta. Agħfas hawn biex taqra d-diskors ta’ Rev. Prof. Chircop.

Wara kien hemm ħin għad-diskussjoni fejn xi edituri u esponenti tal-media Maltija taw ir-reazzjonijiet tagħhom dwar dak li tkellem dwaru Fr Chircop, fejn dan wieġeb fuq il-mistoqsijiet li sarulu.

Is-Sur Kevin Papagiorcopulo, Uffiċjal tal-Komunikazzjoni, introduċa l-amobile phone application il-ġdida bl-isem “Malta Mass” fejn spjega li dan huwa “pass ieħor għas-servizz tal-poplu mill-Knisja f’Malta”. L-application ġiet zviluppata mill-kumpanija Vioside.

Fl-aħħar, l-aġent-Vigarju tal-Arċidjoċesi, Mons. Lawrence Gatt qara l-messaġġ tal-Arċisqof (li kien indispost) fejn tkellem prinċiparjament fuq l-aspett li l-media tgħin lil bniedem biex jikkomunika ma’ bnedmin oħra, imma s-silenzju qal, jgħin lil bniedem ukoll biex jikkomunika m’Alla. Agħfas hawn biex taqra l-messaġġ tal-Arċisqof.

Click on the photos to enlarge. The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]