-
-
*****
Direttur: Ryan Coogler
Atturi: Chadwick Boseman, Michael B. Jordan, Lupita Nyong’o, Danai Gurira, Martin Freeman, Daniel Kaluuya, Letitia Wright, Winston Duke u Angela Basset
Ħin tal-Film: 134 min
Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12
Ħafna sekli ilu, ħames tribujiet Afrikani ġġieldu fuq meteorita magħmulha minn metall magħruf bħala vibranium, li ma kienx jinstab fid-dinja. Wieħed mill-ġellieda bela’ ħaxixa forma ta’ qalb u l-metall li kien fiha, tatu l-abilità li jsir sovruman. B’din il-bidla, isir l-ewwel “Black Panther”. Wara li jirnexxilu jgħaqqad il-ħames tribujiet, isawwar Wakanda, nazzjon ġdida. Jgħaddu ħafna snin, il-Wakandani, bl-użu li jagħmlu bil-vibranium, jiżviluppaw teknoloġija avvanzata waqt li jżommu ruħhom insulari mill-bqija tad-dinja u jikkunsidraw ruħhom bħala pajjiż tat-Tielet Dinja.
Fl-1992, Prince N’Jobu waqt li jkun ġewwa Oakland, California fuq missjoni assenjata lilu bil-moħbi, jikkonvinċi ruħu li l-politika iżolazzjonista kienet qegħda tkun ta’ detriment għall-pajjiżi Afrikani u iwiegħed li jibda jaqsam it-teknoloġija li l-Wakandani kellhom biex itejjeb il-qagħda tal-Afrikani kontra l-oppressuri tagħhom. N’Jobu jdaħħal mieghu lil Ulysses Klaue, li kien traffikant tal-armi. Ulysses kellu jinfiltra ġewwa Wakanda u jisraq il-vibranium. B’xorti tajba, T’Chaka, ħuh il-kbir, isir jaf b’dak li kien għamel ħuh. Kontra qalbu joqtlu u jabbanduna lit-tifel tiegħu Erik biex jevita li l-Wakandani jsiru jafu l-verità. Fil-preżent, wara l-mewt ta’ T’Chaka minn idejn Helmut Zemo, ibnu T’Challa jirritorna lejn Wakanda biex jassumi t-tron. Wara li jaħdem ma’ Okoye, il-mexxej ta’ Dora Milaje, biex iġib lura l-eks maħbuba tiegħu, Nakia, minn xogħol mogħti lilha bil-moħbi, T’Challa jerġa’ jingħaqad m’ommu, Ramonda u oħtu ż-żgħira, Shuri. T’Challa jsir jaf li l-mexxej tat-tribu Jabari sfidah għat-tron.
F’taqbida bejniethom, T’Challa jirbaħlu u hekk jsir ir-re il-ġdid. Sadanittant, Klaue jerġa’ jitfaċċa u jipprepara ruħu biex ibiegh il-vibranium lil wieħed xerrej minn Busan fil-Korea t’Isfel. W’Kabi jħeġġeġ lil T’Challa biex jagħmel ħaqq minn Klaue. Għalhekk T’Challa, Obeye u Nakia jippjanaw biex jinterċettaw lil Klaue f’kasinò taħt l-art iżda l-pjan ifalli meta T’Challa jsir jaf li x-xerrej kien aġent tas-CIA, Everett K. Ross. Klaue jintebaħ li l-ftehim kien nasba. Jidħol fix-xena, Erik, eks-suldat Amerikan, magħruf bħala “Killmonger” li joffri sfida serja lil T’Challa. X’jiġri minn hawn?
Film Amerikan tant mistenni minn dawk li huma ammiraturi tal-Back Panther. Ryan Coogler hu d-Direttur tal-film u flimkien ma’ Joe Robert Cole kitbu l-iskript. Minħabba vjolenza konvenzjonali mhux tant mdemmija, kif ukoll ġesti b’mod goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena.