L-Arċisqof Charles J. Scicluna jfakkar li minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika u fl-ispirtu tad-direttivi maħruġa mill-Isqfijiet fit-12 ta’ Marzu 2020, għall-ġid komuni:
- Għandha tkun evitata kull inizjattiva li tistieden lill-Insara jinġabru fil-Knisja.
- Il-Knejjes għadhom miftuħa iżda għandna nevitaw li jinġabru gruppi numerużi bil-periklu li jinfirex il-mard.
- Waqt li l-Knisja tkun miftuħa, tajjeb li jkun hemm saċerdot disponibbli. Individwi li jkunu fil-knisja għat-talb jistgħu b’hekk jitolbu lis-saċerdot biex iqarbinhom waqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha ta’ iġjene.
- M’għandhomx isiru avviżi li jagħtu l-impressjoni li n-nies tista’ jew għandha tinġabar fil-Knisja.
- Jekk f’xi mument jinġabru għadd ta’ nies li jirrendu d-distanzi neċessarji impossibbli, min hu responsabbli għandu jitlob lin-nies jiġu f’ħin ieħor għat-talb tagħhom.
Infakkru l-poplu għażiż tagħna li jista’ jsegwi ċ-ċelebrazzjonijiet permezz tax-xandiriet speċjali li qegħdin isiru fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali.
Inkomplu nitolbu għad-don tas-saħħa fir-ruħ u fil-ġisem.
✠ Joseph Galea-Curmi
Isqof Awżiljarju