• Nhar it-Tnejn 26 ta’ Ottubru 2015, Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex u President tal-Konferenza Episkopali Maltija, indirizza konferenza tal-aħbarijiet mal-wasla tiegħu Malta minn Ruma, fejn attenda għas-Sinodu tal-Isqfijiet.

    L-14-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li bdiet fl-4 ta’ Ottubru 2015, intemmet ilbierah b’Quddiesa Solenni mmexxija mill-Papa Franġisku, fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan. It-tema ta’ dan is-Sinodu kienet “Il-vokazzjoni u l-missjoni tal-familja fil-Knisja u fid-dinja tal-lum”.
  • Segwi l-konferenza tal-aħbarijiet

  • Photos: Photocity, Valletta.

    www.photocitymalta.com