Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Marvic Mallia rrakkonta kif qabel daħal is-seminarju ta’ 34 sena, huwa kien jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fid-djar tan-nies.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Marvic Mallia u Marthese Brincat. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-evanġelju tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 9, 32-38
Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu!”.

Source: Newsbook.com.mt