Stħarriġ li sar mill-kappillani tat-Tlett Ibliet tal-Kottonera u dak tal-parroċċa tal-Kalkara juri li medjament 48.25 fil-mija tal-magħmudijiet li saru f’dawn l-erba’ parroċċi tul is-sena li għaddiet kienu ta’ trabi li twieldu barra ż-żwieġ. Kienu 51.75 fil-mija t-trabi li tgħammdu f’dawn il-parroċċi li kienu ta’ koppji miżżewġin.
Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ kienu ppreżentati din il-ġimgħa waqt l-Assemblea tal-Parroċċi tat-Tlett Ibliet tal-Kottonera u tal-Kalkara li saret it-Tnejn li għadda. L-Assemblea saret bħala konklużjoni ta’ Kors ta’ Evanġelizzazzjoni li kien organizzat mill-Unità Pastorali tul dawn l-aħħar xahrejn, flimkien mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tal-Arċidjoċesi. Dan il-kors kien intenzjonat għall-operaturi pastorali ta’ dawn il-parroċċi, jew aħjar li huma impenjati fid-diversi ħidmiet tal-parroċċi.
Irid jingħad li skont id-dokument ‘Children 2010’ maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika f’Marzu 2010, fl-2008, f’pajjiżna kellna 1,048 twelid barra ż-żwieġ. Minn dawn, 33.6 fil-mija, jew 352, kienu rreġistrati bħala b’missier mhux magħruf.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com