Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Iżda meta waslu għall-Ġesù, billi raw li kien diġa’ mejjet, ma kisrulux riġlejh. Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b’lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma. Dan qiegħed jixhdu min rah b’għajnejh, u x-xhieda tiegħu hija minnha. U jaf li qiegħed jgħid il-verità,  biex intom ukoll temmnu. Għax dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Ebda waħda minn għadmu ma jkissrulu.” U hemm ukoll kitba oħra fl-Iskrittura li tgħid: “Huma għad iħarsu lejn min nifdu” (lq 24:13-35).

F’dan il-Jum Solenni tal-Ġimgħa l-Kbira, aħna ningħaqdu ma’ dawk il-ġnus li “jħarsu lejn min nifdu” (Żak 12:10),  Din hija silta mill-Profeta Żakkarija. Il-Vanġelu stess jgħid li wieħed mis-suldati kien li qabad lanza u nifidlu l-ġenb għażiż tiegħu – il-kustat tal-Mulej. Imma Żakkarija jgħid li aħna konna li niffidna l-qalb għażiża tal-Mulej.

Dan huwa l-misteru li qed niċċelebraw illum, meta nħarsu lejn Ġesù bil-kustat tiegħu minfud u nifhmu li lkoll kemm aħna nkunu qegħdin inħarsu lejn kull min wieħed minna li niffidlu l-qalb tiegħu bil-lanza. Hemm responsabbilità individwali f’dan ir-rakkont li għadna kemm smajna: Pilatu, l-Qassis il-Kbir, Ġuda, Pietru, is-suldati. Imma hemm ukoll ir-responsabbilità ta’ kull wieħed u waħda minna. Hemm forsi l-ingann ta’ ħafna nies: Pilatu stordut bil-poter, imbeżżgħa li jitilfu; il-Qassissin il-Kbar ippanikjati li se taqbad rewwixta u toqtol lill-poplu, Ġuda li kellu f’moħħu li jrid messija politiku, Pietru ostaġġ tal-biżà li jarrestawh.

Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

Illum smajna lil San Ġwann Kriżostmu, wieħed mill-għorrief il-kbar tal-Knisja, Patrijarka ta’ Kostantinopli, li jispjegalna li f’dak l-ilma u d-demm hemm is-Sagramenti tal-Knisja. Il-Magħmudija u s-Sagramenti kollha li jnaddfu d-dnubiet. Hemm id-demm li jrejjaq lid-dixxipli tiegħu fl-Ewkaristija. Demm u Ilma.

Hemm ħafna fraġilità fir-rakkont li għadna kemm smajna, hemm il- fraġilità ta’ kull wieħed u waħda minna. Imma hemm ukoll l-ubbidjenza ta’ Ġesù, li ssalvana. L-imħabba tiegħU, li hi aqwa mid-dgħjufija tagħna, mid-dnub tagħna. Meta s-suldat nifidlu ġenbu, “minnufih ħareġ demm u ilma” (Ġw 19:34).

Hemm tradizzjoni ħelwa dwar dan is-suldat. Aħna nsejjħulu Lonġino, għaliex kien hu li ħaddan dik il-lanza li biha aħna lkoll niffidna l-qalb ta’ Ġesù. It-tradizzjoni tgħid li ma kienx jara min għajn waħda, u ħin minnhom, meta ħareġ id-demm u l-ilma minn Ġesù, xi qtar għażiż ġie fuq wiċċu u beda jara. It-tradizzjoni trid tgħidilna li l-għajta tiegħu, “Dan tassew Hu l-Iben t’Alla” (Mt 27:54),  kien mument fejn dan il-pagan beda jara tassew. Quddiemu kien hemm raġel ikkundannat għall-mewt u għarfu bħala l-Iben t’Alla, is-Salvatur.

ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

 Aħna wkoll inħarsu lejn dan ir-raġel. Inħarsu lejh  minfud bil-lanza. Ejjew waqt li nħarsu lejH nilqugħ bħala s-Salvatur tagħna.

                                            __________________________________

In today’s Gospel narrative, John gives us the account of the Roman centurion who takes a lance and pierces the side of Jesus. From that pierced side, blood and water flow abundantly. There is also a tradition which says that this centurion, whom we call Longinus, was partially blind in one eye, and that some of the blood from Jesus’ side fell upon his face. As a result, he began to see more clearly.

The deeper meaning of this ancient tradition is that this pagan soldier, who exclaimed, “Truly this was the Son of God” (Mt 27:54), arrives at the place of the crucifixion, called Golgotha, blind to the identity of the condemned man, and returns convinced that the crucified man is the Son of God.

The prophet Zechariah had foretold: “They will look on the one whom they have pierced” (Zech. 12:10). Is this not what we do today? For it is not only Longinus who is part of the Passion narrative—we are all part of it. All of us have participated in the sorrowful Passion of our Lord Jesus Christ. We look upon the one whom we have pierced.

Ritratt: Ian Noel Pace – Arċidjoċesi ta’ Malta

Is this not the prophecy of Zechariah, which the Gospel of John repeats: “They will look upon the one whom they have pierced”? (Zach 12:10)

And this is what we do today. Our prayer is that, as we look upon Jesus and his pierced side, we may come to realize that it is the Servant of God who has borne our sins to bring us salvation; who has shown obedience in order to heal our disobedience; and who has entrusted himself completely to the Lord God, his Father, so that we may attain Paradise.

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta


QARI
Qari I: Iż 52:13–53:12
Responsorju: 30(31):2,6,12-13,15-16,17,25
Qari II: Lhud 4:14-16; 5:7-9
L-Evanġelju: Ġw 18:1–19:42

Aktar ritratti