• Bħalissa, ħafna huma l-istudenti li qed jaħsbu x’kors jistgħu jibdew fl-Università minn Ottubru li ġej. Il-Fakultà tat-Teoloġija, din is-sena qed toffri għadd ta’ korsijiet, kemm full-time kif ukoll part-time, għal dawk kollha li huma interessati jidħlu aktar fil-fond f’suġġetti bħal: mistoqsijiet fuq il-fidi u r-reliġjon, il-ħajja, is-saħħa u l-bioetika.

    Hawnhekk hawn il-lista tal-korsijiet li l-Fakultà se toffri mis-sena akkademika li jmiss:

    F’OTTUBRU LI ĠEJ (2017)
    –  Diploma fl-Istudji Reliġjużi – Kors li jsir filgħaxija u hu mifrux fuq sentejn.
    – B.A. (Hons) fit-Teoloġija – Kors li jintroduċi lill-istudenti għal diversi aspetti storiċi, dottrinali, bibliċi, etiċi u pastorali tal-Kristjaneżmu. Hu offrut kemm fuq bażi full-time (fuq medda ta’ tliet snin) u kemm part-time (filgħaxija fuq ħames snin). Min jixtieq jistudja t-Teoloġija u suġġett ieħor, jista’ jagħżlu bħala B.A. (Hons) fit-Teoloġija b’Suġġett Ieħor.
    B.A. fit-Teoloġija u l-Istudji Umanistiċi – Kors fit-Teoloġija, b’doża sabiħa ta’ studju f’oqsma oħra bħall-filosofija, l-istudji reliġjużi, l-psikoloġija u s-soċjoloġija. Hu mifrux fuq tliet snin u jsir matul il-ġurnata.
    M.A. fil-Bioetika – Kors immirat għal dawk interessati fl-iżviluppi u l-kontroversji relatati mal-ħajja, is-saħħa u l-bioetika. Hu offrut fuq bażi part-time fuq medda ta’ tliet snin (sentejn ta’ tagħlim filgħaxija, bit-tielet sena ddedikata għal kitba ta’ teżi).
    M.A. fit-Teoloġija – Kors għal min hu diġà gradwat fit-Teoloġija u jixtieq jinżel aktar fil-fond permezz tar-riċerka. Hu offrut fuq bażi part-time fuq medda ta’ tliet snin (sena ta’ tagħlim filgħaxija, u sentejn iddedikati kompletament għal kitba ta’ teżi).
    M.A. fl-Istudji Reliġjużi – Kors għal min hu gradwat f’qasam ieħor imma jixtieq jesplora t-Teoloġija u r-rabta bejn il-qasam tiegħu u r-reliġjon. Hu offrut fuq bażi part-time fuq medda ta’ tliet snin (sena ta’ tagħlim filgħaxija, u sentejn iddedikati għat-teżi).

    KULL SENA
    Kull sena, il-Fakultà toffri wkoll Baċellerat, Liċenzjat jew Dottorat fit-Teoloġija Sagra kif ukoll PhD fit-Teoloġija.

    F’OTTUBRU 2018 u 2019
    F’Ottubru 2018, il-Fakultà se terġa’ toffri Postgraduate Diploma fil-Pastoral Psychology, kif ukoll Master fl-Ispiritwalità, Akkumpanjament Spiritwali, Family Ministry, Youth Ministry, Dritt Kanoniku Matrimonjali, u Catholic School Leadership.

    F’Ottubru 2019, terġa’ toffri l-Master f’Business Ethics.

    AKTAR INFORMAZZJONI
    Għal aktar informazzjoni u dettalji partikolari: ċempel fuq 23402767, ibgħat email lil [email protected], jew żur www.um.edu.mt/theology/prospective.

    Inħeġġuk ukoll biex tidħol fil-paġna tal-Facebook tal-Fakultà: www.facebook.com/uom.theology

    L-applikazzjonijiet jagħlqu fl-20 ta’ Lulju.